Dexter Xuereb jirbaħ l-ewwel unur tas-sena

Tuesday, February 25, 2020, 7:42

Dexter Xuereb huwa r-rebbieħ tal-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2020.

Xuereb beda s-sena ma’ Mosta FC fejn huwa skorja l-gowl tar-rebħa għal Mosta fir-rebħa tagħhom ta’ 1-0 kontra Gudja United, dan hekk kif minn cross mil-lemin huwa ssorprenda lill-gowler Jonathan Debono li sab il-ballun fix-xibka tiegħu. Huwa skorja wkoll il-gowl tal-ftuħ fir-rebħa kbira ta’ Mosta bl-iskor ta’ 5-2 kontra Tarxien Rainbows bi free-kick pinġut perfett fis-27 minuta.

Lejn l-aħħar ta’ Jannar, Dexter uffiċjalment sar wieħed mill-‘maroons’ meta ffirma kuntratt ta’ 5 snin ma’ Gżira FC li se jkunu qed jibbenefikaw mill-forma eċċellenti ta’ dan il-plejer ferm versatili.

Anthony Scicluna Chief Officer fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2020 lil Xuereb. Il-plejer għażel li jagħti d-donazzjoni fi flus assoċjata ma’ dan l-unur lil Puttinu Cares.





Leave a comment