Dettalji rigward it-training camp ta’ Sheffield Utd f’Malta

Wednesday, July 13, 2011, 15:25

minn Cristian Muscat

Bejn il-15 u l-21 ta’ Lulju se jkun hawn Malta it-tim Ingliż Sheffield United FC, fejn se jkun qed jieħu sehem fi training camp. Dan it-tim se jkun involut f’żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ kuljum.

Huwa se jkun ukoll involut f’żewġ logħbiet ta’ ħbiberija – waħda fit-training grounds f’Ta’ Qali kontra Sliema Wanderers nhar it-Tnejn 18 ta’ Lulju fis-7.30pm u l-oħra nhar l-Erbgħa 20 ta’ Lulju kontra Hibernians fil-Hibs Ground f’Kordin ukoll fis-7.30pm.





Leave a comment