Dettalji dwar iż-żjara ta’ Jean Todt f’pajjiżna

Wednesday, January 12, 2011, 19:18

minn Cristian Muscat

Illum ġewwa l-lukanda Hilton, il-Federazzjoni tal-Motorsport ta’ Malta flimkien mal-Kunsill Malti għall-isport organizzat konferenza stampa fejn ħabbret programm dettaljat dwar iż-żjara ta’ Jean Todt, il-President tal-Federazzjoni Internazzjonali ta’ l-Awtomobiliżmu l-FIA, f’ Malta fl-okkazjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali 2011.

Preżenti għal din il-konferenza kien hemm Bernard Vassallo Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, Pippo Psaila Chairman Kumitat Organizzattiv Sport Malta Awards, Charles Camenzuli President Għaqda Ġurnalisti Sport u Tonio Cini President tal-federazzjoni tal-Motorsport f’Malta. Tul iż-żjara tiegħu f’Malta il-President tal-FIA Jean Todt se jieħu sehem f’konferenza stampa li se ssir fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u li fiha se tkun qed tinkludi lill-Onorevoli Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli u s-Sur Tonio Cini li huwa l-President tal-Federazzjoni tal-Motorsport f’Malta.

Jean Todt se jżur iċ-Ċirkwit tad-Drag Racing u  se jkun qed jiltaqa’ mal-membri u mal-entużjasti tal-awtomobiliżmu u l-Kunsill Malti għall-Isport ġewwa l-lukanda Hilton. Huwa se jkun preżenti wkoll waqt is-serata tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali li se ssir nhar is-Sibt 29 ta’ Jannar f’Dar il-Mediterran. Fit-23 t’ Ottubru tas-sena 2009 Jean Todt ġie elett President tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Awtomobiliżmu. Todt ġie elett f’din il-kariga wara Max Mosley li kien jokkupa din il-kariga qabel u ġie elett f’din il-pożizzjoni meta kien f’konfront mal-ex-champion tad-dinja tar-rally mill-Fillandja Ari Vatanen.





Leave a comment