Desarae Johnson l-eroj ta’ Loyola

Tuesday, May 1, 2012, 5:00

minn Colin Schembri

KAMPJONAT MSV LIFE NISA – Finali 2          

 

Alyssa Ashley Loyola 48

Luxol 46

(8-11)(16-9)(13-13)(11-13)

 

Loyola vs Luxol

Loyola vs Luxol

Kollox kien jindika li t-tieni finali tal-kampjonat MSV life tan-nisa kienet sejra għal ħin barrani meta 8 sekondi mit-tmiem Robin Murphy għamlet żewġ freethrows għal Luxol biex ippareġjat 46-46. Christina Grima ħadet il-ballun għal Loyola, dan b’xi mod wasal għand Desarae Johnson u l-player Amerikana minkejja li kienet issikata minn żewġ players, għamlet il-basket tar-rebħa bil-ħin jintemm bil-ballun fl-arja. Tmiem verament eċitanti għat-tieni partita bejn Alyssa Ashley Loyola u Luxol b’ta l-ewwel joħorġu rebbieħa 48-46 u jippareġjaw is-serje finali 1-1. Loyola bdew tajjeb u b’baskets ta’ Grima u Johson u Grima marru 7-0 minn fuq. Wara li Murphy għamlet l-ewwel basket ta’ Luxol kien hemm freethrow ta’ Emma Moore għal Loyola. Hawn Luxol wieġbu bi break ta’ 9-0 kollha minn three pointers ta’ Beverlee Zammit u Sarah Pace biex temmew l-ewwel sessjoni 11-8 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu Loyola reġgħu feġġew fuq quddiem wara punti ta’ Sammy Jo Barbara u Abigail Sciberras u fil-ħames minuta kienu 20-14 minn fuq. Mandi Sciortino u Murphy reġgħu wieġbu għal Luxol qabel ma Johnson għamlet l-aħħar 4 punti tas-sessjoni biex fl-intervall Lyola kienu 4 minn fuq 24-20.

Luxol qatt ma rnexxielhom jerġgħu jieħdu vantaġġ għalkemm dejjem baqgħu viċin tal-avversarji. Fil-bidu tat-tielet sessjoni iż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin fl-ewwel minuti bil-Loyola jibqgħu minn fuq 28-27 fil-ħames minuta. Loyola għamlu tlett baskets wara xulxin minn Grima u Johnson pero’ freethrows minn Becky Naudi u basket ta’ Murphy ħallew lil Luxol viċin. Denise Hollier għamlet trippla għal Loyola li temmew is-sessjoni 37-33 minn fuq. Fil-bidu tar-raba’ sessjoni Luxol ippareġjaw fuq is-37 punt wara l-ewwel minuta. L-eċitament issa laħaq il-qofol tiegħhu u wara li Loyola reġgħu marru minn fuq, kienet Greta Zarb bi trippla li naqqset id-distakk għal punt. Fl-aħħar żewġ minuti ġara minn kollox fejn Loyola reġgħu marru 4 minn fuq 46-42. Murphy għamel żewġ freethrows biex naqqset id-distakk fil-waqt li Grima falliet 2 għal Loyola. Reġgħet kienet Murphy li għamlet żewġ freethrows u ppareġjat biex fl-aħħar attakk Johnson tat ir-rebħa lil Loyola.

 

Alyssa Ashley Loyola  : E. Moore 4, C. Grima 13, J. Doughty, D. Hollier 5, K. Tonna, A. Bonanno, A. Sciberras 4, F. Camilleri, S.J. Barbara 4, D. Johnson 18.

Luxol: S. Pace 3, M. Sciortino 6, C. Medina, B. Naudi 2, J. Busuttil Gaerty, G. Zarb 3, P.Ellul, R. Murphy 21, D. Muscat 2, A. Paul, B. Zammit 9.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Alfred Carbonaro.

 

Statistika…

 

Loyola

 

Free throws – 11 on 19

Baskets – 17 on 57

Three pointers – 1 on 2

Rebounds – 40

Assists – 8

Turnovers – 15

Steals – 11

Fouls Suffered – 16

Fouls Made – 17

 

Luxol

 

Free throws – 14 on 18

Baskets – 10 on 36

Three pointers – 4 on 22

Rebounds – 56

Assists – 10

Turnovers – 19

Steals – 4

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 16





Leave a comment