Dermot Galea jispiċċa fit-tieni post fil-Full Boar Triathlon Series fl-Ingilterra

Wednesday, July 6, 2011, 17:02

minn Cristian Muscat

It-triatleta ta’ Bkara St Joseph Dermot Galea irritorna fl-azzjoni b’wirja mill-aqwa biex spiċċa fit-tieni post f’tellieqa mill-Full Boar Triathlon Series. Din it-tellieqa nzammet f’ Market Bosworth Lake ġewwa Leicestershire fl-Ingilterra. F’dn it-tellieqa ħa sehem ukoll Barry Farrugia li huwa wkoll triatleta ta’ Bkara St Joseph. It-tellieqa bidet b’ghawma ta’ 1,500 metru f’ kundizzjonijiet meterjologici mhux daqshekk ideali.

L-eks champion ta’ Malta Dermot Galea ħa l-vantaġġ sa mill-bidu nett fejn kiseb vantagg ta’ minuta u nofs fi tmiem l-għawma tieghu li damet 21 minuta u 47 sekonda. Wara kien imiss li naraw lil Galea fuq ir-rota fuq rota ta’ xejn inqas minn 42 km, fejn hawnhekk kellu kompetizzjoni denja minn ċiklisti frem b’sahhithom.

F’nofs din ir-rotta bir-roti, Galea ntlaħaq minn Hywel Davis, u għalkemm Galea prova jżomm il-vantaġġ li kellu, l-Ingliż kien b’saħħtu wisq għalih u rnexxileu jgħaddih. Galea spiċċa r-rotta bir-rota f’ħin ta’ sitt minuti u 49 sekonda u sussegwentamnet ipprova jilħaq lil-lijder tat-tiġrija fil-ġirja ta’ 10 km.

Madankollu Davis żamm il-momentum u kompla jkabbar il-vantaġġ matul din il-parti tat-tellieqa. Galea spiċċa t-tellieqa f’ħin ta’ 35 minuta u 42 sekonda waqt li temm din it-triathlon f’ħin ta’ sagħtejn, 5 minuti u 14-il sekonda fit-tieni post. Min-naħa l-ohra Barry Farrugia spiċċa t-tellieqa f’ħin ta’ sagħtejn, 33 minuta u 31 sekonda fid-29 post.





2 Comments

  1. Evan says:

    the over all times are wrongly stated too

    [Reply]

  2. Oswald says:

    WELL DONE Dermot. Keep up the fighting and winning spirit. (note: the time for the cycle segment is wrongly stated above)

    [Reply]

Leave a comment