- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Depiro u Floriana fis-semifinali wara partiti kumbattuti

Posted By sportinmalta1 On November 16, 2015 @ 6:26 pm In Basketball,Featured | No Comments

BANK OF VALLETTA KNOCK OUT- IRĠIEL

minn Colin Schembri

Hibernians 58

Pavi Depiro 60

(13-9)(17-20)(13-13)(15-18)

Pavi Depiro għelbu lil Hibs 60-58 fl-ewwel preliminari tal-BOV Knock-out fejn issa jiltaqgħu kontra Gżira Athleta. Il-partita kienet bilanċjata fejn wara li Hibs fetħu vantaġġ ta’ 9 punti fit-tieni sessjoni, Depiro ġew lura. Hibs kienu għadhom minn fuq fl-aħħar ħinijiet però turnover kruċjali swiethom il-partita. Marco Matijevic kien qiegħed jiddebuta mat-team ta’ Raħal Ġdid li però kienu mingħajr Simon Attard. Depiro żiedu fl-iskwadra lil player Grieg Vangelis Vlachos però kellhom nieqsa lil Darrel Schembri u Kurt Xuereb. Wara basket fuq kull naħa, Hibs marru minn fuq wara trippla minn Kieron Caruana. Depiro wkoll kellhom trippla minn Nicholas Grech flimkien ma’ Michael Nwelue. Id-dħul ta’ Matijevic saħħaħ l-attakk ta’ Hibs tant li bil-punti tiegħu huma fetħu vantaġġ ta’ 4 punti 13-9. Fit-tieni taqsima, Grech kiseb trippla oħra għal Depiro però Hibs għamlu run ta’ 10-2 li għalquha bi trippla ta’ Caruana għal skor ta’ 23-14. Hawn waslet reazzjoni minn Depiro li fi spazju ta’ żewġ minuti għamlu 8 punti bi trippla ta’ Andrew Aquilina flimkien ma’ Nwelue u Daniel Farrugia. Hibs marru minn fuq b’basket ta’ Fabrizio Mariani però reġa kien hemm trippla oħra ta’ Grech għal Depiro. Hibs reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 4 punti 30-26 però trippla ma tmiem is-sessjoni minn Andrew Aquilina naqqset id-distakk għal punt 30-29.

Wara l-intervall il-partita kompliet tkun bilanċjata u wara li Farrugia poġġa lil Depiro fuq quddiem, Hibs wieġbu bi break ta’ 7-2 bi trippla oħra ta’ Caruana. Depiro rrispondew b’ħames punti u reġgħu marru minn fuq però sitt punti ta’ Matijevic taw vantaġġ ta’ 3 punti lil Hibs 43-40. Fl-aħħar minuta Depiro kellhom il-free-throws wara li tkeċċa Ryan Carabott fuq protesti. Depiro ħadu l-vantaġġ fl-aħħar sessjoni wara li kellhom break qasir ta’ 11-5 b’punti minn Timothy Zammit li kellhu wkoll trippla. Hibs ġew lura bil-punti ta’ Luke Farrugia u marru fuq quddiem wara trippla ta’ Simon Attard. Hawn Hibs tilfu l-pussess tal-ballun wara travelling u Depiro għamlu l-aħħar punti tal-partita biex ħarġu rebbieħa 60-58.

Hibs: P. Attard 4, M. Houmpton, G. Agius, L. Farrugia 12, I. Bonett 1, K. Caruana 13, R. Carabott 7, K. Sultana, S. Vella, F. Mariani 2, M. Matijevic 19.

Pavi Depiro: J. Attard, D. Farrugia 4, M. Agius, J. Camilleri,  A. Aquilina 14, N. Grech 14, T. Zammit 10,  M. Mallia 2, V. Vlachos 2, M. Borg 2, M. Nwelue 12.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Chrisine Farrugia.

Bupa Luxol 72

Floriana Cafè Del Mar 80

(11-15)(12-26)(28-21)(21-18)

Floriana Cafè Del Mar ukoll ikkwalifikaw għas-semifinali wara rebħa kontra Bupa Luxol 80-72 u jistennewhom fis-semifinali se jsibu lir-rivali Falken Cynergi Virtus. Luxol inkludew għall-ewwel darba lil player Svediż William Ahlberg fil-waqt li Floriana kienu bl-aħjar formazzjoni possibli. Floriana bdew il-partita bil-punti ta’ Anton Axiaq u Chad Patus. Luxol kellhom il-punti ta’ Colt Fason li kiseb il-punti kollha tagħhom f’din is-sessjoni bl-eċċezzjoni ta’ basket minn Jean Paul Bonnici. Floriana għalqu s-sessjoni bil-punti konsekuttivi ta’ Patus biex temmewha 15-11 minn fuq. Floriana komplew fit-tieni sessjoni meta kellhom il-punti ta’ Patus u Ross biex fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 23-13. Luxol naqqsu d-distakk bi trippla ta’ Jean Paul Schembri però hawn Floriana għamlu run qawwija ta’ 14-0 bi trippla minn Patus u l-baskets ta’ Nikola Vasovic u daħlu jistrieħu 41-23 minn fuq.

Luxol fetħu t-tielet sessjoni b’aktar punti minn Fason li kellhu wkoll trippla biex naqqsu d-distakk għal 13 –il punt. Floriana kellhom break ieħor ta’ 9-3 bi trippla ta’ Vasovic bil-Luxol iwieġbu wkoll b’żewġ three pointers minn Marco Mercieca u Fason. It-three pointers komplew ġejjin minn naħa ta’ Floriana permezz ta’ Ross bil-Luxol jagħlqu l-perjodu b’ħames punti għal skor ta’ 62-51. Floriana komplew ikabbru l-vantaġġ fil-ftuħ tal-aħħar taqsima bil-punti ta’ Vasovic. Hawn Luxol kellhom tlett three pointers minn Fason, CJ Cordina u Jean Paul Bonnici biex naqqsu d-distakk għall-10 punti 64-74. Luxol resqu aktar viċin wara trippla oħra minn Fason  però Floriana kellhom il-freethrows ta’ Ross fl-aħħar minuta bies serrħu rashom mir-riżultat u kisbu r-rebħa 72-80.

Bupa Luxol: CJ Cordina 11, C. Fason 39, J. Willoughby 2, S. Visser, W. Ahlberg, J.P. Schembri 3, K. Dimech, T. Paris 2, M. Mercieca 8, J. Maistre, J.P. Bonnici 7.

Floriana Cafè Del Mar: C. Patus 27, D. Borg, L. Ross 21, N. Sultana 6, S. Borg 2, A. Portelli 2, N. Vasovic 18, C. Calleja, A. Axiaq 41, A. Micallef Trigona, O. Shamala, N. Andrejevic.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro, Zvezdan Dobrosaviljevic.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/depiro-u-floriana-fis-semifinali-wara-partiti-kumbattuti/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.