- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Depiro u Athleta lura għar-rebħ

Posted By sportinmalta1 On January 20, 2020 @ 10:15 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Starlites GIG 82

Depiro 95

(19-24)(18-24)(12-21)(33-26)

Depiro rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Starlites GIG 95-82 f’partita vivaċi u ta skor għoli b’diversi players żagħżagħ fuq il-court. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin u Starlites punt minn fuq 8-7. Hawn Depiro kellhom il-punti ta’ Andy Attard u Myron Agius biex marru fuq quddiem u minkejja li Starlites wieġbu bi trippla ta’ Miguel Fabri, Depiro wkoll kellhom it-trippli minn Mert Cicktepe u Chris Bevin biex temmew is-sessjoni 24-19 minn fuq. Fit-tieni taqsima l-punti komplew ġejjin b’mod regolari fejn Fabri kellhu trippla oħra għal Starlites b’Nenad Rosic jirrispondi għal Depiro u d-distakk niżel għal 4 punti 36-32. Hawn Depiro kellhom run ta’ 12-2 bi trippli ta’ Attard u daħlu jistrieħu 48-37 minn fuq.

Wara l-intervall kien hemm il-punti minn Daryyl Pisani u Ruben Curmi biex Depiro kabbru l-vantaġġ. Il-punti ta’ Starlites ġew primarjament minn Fabri però Depiro kellhom 8 punti mingħajr risposta għal skor ta’ 69-49. Fl-aħħar taqsima Starlites reġgħu naqqsu d-distakk għal 10 punti wara baskets minn Quentin Bugeja u trippla oħra ta’ Fabri. Depiro rkupraw permezz ta’ Agius u Rosic u trippla ta’ Zloh biex reġgħu ħadu vantaġġ komdu li kkontrollaw sat-tmiem biex rebħu l-partita 95-82.

Starlites: M. Fabri 29, M. Azzopardi 15

Depiro: M. Agius 24, A. Attard 22

Pyrinto 46

 

Gżira Athleta 95

(9-29)(16-26)(9-14)(12-16)

Kif mistenni, Gżira Athleta kisbu rebħa komda fuq Pyrinto 95-46 biex ħadu l-ħames rebħa tal-kampjonat.  Sa’ mill-ewwel minuta Athleta bdew jiddominaw fejn wara trippla fuq kull naħa, huma għamlu run ta’ 11-1 bil-punti ta’ Nicolo Guida u Eric Abela. Wara trippla minn Jussi Haapaniemi għal Pyrinto, Athleta komplew b’run ta’ 12-0 b’żewġ trippli ta’ Nadir Serafini għal skor ta’ 29-9. Fit-tieni sessjoni daħal aktar fix-xena l-aħħar akkwist tal- Athleta Viktor Capkanovski mill-Maċedonja għalkemm Pyrinto kellhom it-trippli minn Daniel Bastos u Haapaniemi. Sal-intervall Athleta kellhom aktar baskets fosthom minn Ryan Abela għal skor ta’ 55-25.

Fit-tielet taqsima Athleta bdew b’run oħra ta’ 12-2 bil-coach Peter Farrugia jkompli jdawwar il-players. Għal xi ħin Pyrinto bdew jirrispondu għall-baskets tal-avversarji li però għalqu s-sessjoni b’sitt punti mingħajr risposta għal skor ta’ 79-34. Fl-aħħar sessjoni ftit kien għad fadal storja ħlief run oħra minn Athleta ta’ 14-2 biex huma ħarġu rebbieħa 95-46.

Pyrinto: M. Halmela. J. Haapaniemi 11

Athleta: V. Capkanovski, R. Abela 18


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/depiro-u-athleta-lura-ghar-rebh/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.