Depiro ta’ taħt is-sittax –il sena rġiel Champions

Saturday, May 19, 2012, 11:01

minn Colin Schembri

Depiro komplew iżidu mas-suċċessi li kisbu dan l-istaġun fil-kategoriji taż-żgħażagħ meta rebħu l-kampjonat ta’ taħt is-sittax –il sena ta’ l-irġiel. Depiro taħt it-tmexxija tal-coach Joey Vella kellhom rebħa sabiħa fil-finali kontra Hibernians f’partita li għal darb’oħra ġibdet attendenza sabiħa fil-padiljun f’Ta’ Qali. F’dan il-kampjonat kienet użata s-sistema tal-final 4 fejn l-ewwel erba’ timijiet lagħbu kontra xulxin f’weekend wieħed. Fis-semifinali, Hibs li spiċċaw l-istaġun regolari fl-ewwel post għelbu lil Athleta 86-52 fil-waqt li Depiro għelbu lil Loyola 63-56. Fil-finali, kienu Depiro li bdew tajjeb grazzi wkoll għat-three pointers tagħhom biex f’nofs l-ewwel sessjoni kienu 9-4 minn fuq. Hibs għalqu s-sessjoni bi break ta’ 6-1 biex naqqsu d-distakk għal basket 11-13. Depiro ddominaw it-tieni perjodu li bdewh bi tlett baskets mingħajr risposta. Hibs sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti tant li Depiro għamlu break ta’ 12-0 biex daħlu jistrieħu 16 minn fuq 36-20. Hibs bdew aħjar fit-tielet sessjoni u għamlu break ta’ 6-2 pero’ Depiro malajr reġgħu wieġbu għal skor ta’ 44-28 sas-sitt minuta. Hibs għamlu sforz ieħor bi break ta’ 9-3 biex it-tielet sessjoni ntemmet bid-Depiro jkollhom 12 –il punt vantaġġ 49-37. Fl-aħħar perjodu Hibs naqqsu d-distakk għal 9 punti pero minkejja three pointers ta’ Simon Attard, ma rnexxielhomx isalvaw il-partita biex Depiro rebħu l-partita 62-54. Fi tmiem il-partita l-Viċi President tal-MBA s-Sur Ivan Micallef ppreżenta t-tazza lil captain ta’ Depiro Nick Grech.





5 Comments

  1. Ibrahim says:

    1964 – 21st Sept. – Malta Independence Day
    1974 – 13th Dec. – Malta Republic Day
    1979 – 31st Mar. – Malta Freedom Day
    2004 – 1st May. – Malta E.U. Day
    2012 – 23rd May – Mizzi Louis – Mr. R.C. – Royal Clown. 

    Hu brejk, kelek bzon titkelem lew tisaportja, go ta’qali daks kem tikep kisek mutu kudim in-nis, vera umli ha najdlek. Lili tatini midt gost. 

    [Reply]

  2. Funny says:

    Mhux ahjar ma jikteb xejn halli ma tparlax fil-vojt bhas soltu

    [Reply]

    louis mizzi Reply:

    So you are one of those…..yes sir,yes sir, three bags full

    [Reply]

    Funny Reply:

    Li rajt il prgramm 3 pointer kont tkun taf min rebah 

    [Reply]

  3. louis mizzi says:

    U19 men how did they go. No write up on these and the U23 men who won the league?? Info please Sur Colin

    [Reply]

Leave a comment