Depiro Mtarfa u Bupa Luxol jikkwalifikaw

Tuesday, October 26, 2010, 10:18

minn Colin Schembri

Photo by Malcolm Sammut

Photo by Malcolm Sammut

DETUR SHIELD IRGIEL

Tata Motors Loyola 50
Depiro Mtarfa 47

(26-4)(2-9)(11-10)(11-24)

Tata Motors Loyola kisbu l-ewwel rebħa fid-Detur Shield li pero taf ma tkunx biżżejjed għalijhom biex jikkwalifikaw għas-semifinali. Huma jridu jistennew ir-riżultat tall-partita bejn Bupa Luxol u Siġġiewi Derby u jagħddu biss b’rebħa ta’ Luxol. Il-partita bdiet b’basket ta’ David Bugeja għal Depiro pero Loyola wieġbu b’żewġ three pointers ta’ David Camilleri u ieħor ta’ Sean Pace u marru 9-2 minn fuq. Wara żewġ free-throws ta’ Roderick Vella għal Depiro, Loyola għamlu run stupenda ta’ 17-0 u temmew l-ewwel sessjoni 26-4 minn fuq.

Pero’ fit-tieni sessjoni l-punti xxuttaw fuq iż-żewġ naħat tant li f’nofsha kienu saru biss freethrows, wieħed minn Loyola u 4 minn Depiro. Il-punti baqgħu skarsi u żewġ minuti wara wasal free-throw ieħor minn Mihailovic. Fl-aħħar attakk ta’ Depiro, Roderick Vella għamel l-uniku basket ta’ dan il-perjodu u fill-halftime Loyola kienu 28-13 minn fuq.
Fill-bidu tat-tielet sessjoni kien hemm punti fuq kull naħa bill-Loyola jibqgħu 16 minn fuq 32-16. Għal Depiro kien strumentali d-dħul ta’ Jeffrey Gatt li għalaq is-sessjoni b’4 punti konsekuttivi. Trippla ta’ Mihailovic rat lill-Loyola jiftħu vantaġġ ta 18-il punt 44-26 pero punti minn Vella u Gatt żammew lil Depiro vicin. F’moħħ iż-żewġ timijiet bdew deħlin is-somom hekk kif il-basket average seta’ jiddetermina liema team kien se jibqa’ barra. Trippla ta’ Bugeja ressqet lil Depiro 9 minn taħt 39-48. Kien għad fadal minuta u nofs u Depiro għamlu run ta’ 8-2 pero’ ma kienx biżżejjed biex jevitaw telfa fi skor finali ta’ Tata Motors Loyola 50 Depiro Mtarfa 47. Fill-waqt li Loyola se jittamaw li Luxol jgħelbu lil Siġġiewi biex jagħddu huma, Depiro jisperaw fill-maqlub għaliex bill-basket average jikkwalifikaw huma flimkien ma Luxol.

Tata Motors: S. Pace 5, B. Zammit , D. Camilleri 12, C. Cassar, S. Borg, M. Cilia, S. Vella 3, A. Axiaq 5, J. Mihailovic 20, J. Anastasi, J. Ransley, A. Tabone 5.
Depiro: R. Vella 19, J.P. Schembri, D. Bugeja 5, F. Agius, A. Aquilina 2, J. Gatt 13, J. Camilleri, E. Lupo 1, M. Mallia 1, I. Tanti 6, G. Mercieca.
Referees: Bernard Vassallo, Stephen Micallef, Emanuel Mangani

Photo by Malcolm Sammut

Photo by Malcolm Sammut

Siġġiewi Derby 84
Bupa Luxol 69

(23-23)(24-12)(16-15)(21-19)

Il-partita li għalqet l-ewwel round tad-Detur Shield tall-ewwel diviżjoni tall-irġiel rat lil Siġġiewi Derby jerbħu kontra Bupa Luxol 84-69. Partita sabiħa b’diversi three pointers fuq kull naħa. B’hekk is-semifinalisti ghal din l-ewwel kompetizzjoni tall-istaġun huma A to Z Electronics Athleta, Siġġiewi Derby, Depiro Mtarfa u Bupa Luxol.

Siġġiewi fetħu b’żewġ baskets u Bupa malajr ġabu l-iskor indaqs bi trippla ta’ Vasovic. Sitt punti tall-ex Alan Borg poġġew lil Siġġiewi fuq quddiem u sas-seba’ minuta kienu ghadhom 18-12 minn fuq bi trippla ta’ Matijevic. Wara li Siġġiewi marru 8 minn fuq 23-15, f’temp ta’ żewġ minuti Luxol laħquhom b’run ta’ 8-0 minn trippli ta’ Bonnici u Azzopardi. Siġġiewi reġgħu fetħu tajjeb fit-tieni sessjoni b’run ta’ 8-0 b’Tom Paris iwieġeb għall-Luxol. Fis-seba’ minuta Matijevic poġġa lil Siġġiewi 40-31 minn fuq u għalkhemm Luxol wieġbu b’erba’ free-throws, Siġġiewi għamlu 7 punti mingħajr risposta u daħlu jistrieħu 47-35 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni l-partita baqgħet sabiħa u trippla oħra ta’ Bonnici rat lill-Luxol jaslu sa seba’ punti taħt l-avversarji 44-51. Micallef, Borg u Nigel Sultana wieġbu għal Siġġiewi u fit-tmiem is-sessjoni c-champions kienu 13 minn fuq 63-50. Żewġ three pointers ta’ Borg ħallew lil Siġġiewi f’vantaġġ komdu b’Andrew Cremona jwieġeb għal-Luxol. Matijevic u Micallef fetħu vantaġġ ta’ 20 punt għal Siġġiewi 78-58 li baqgħu jikkontrollaw sat-tmeim u rebħu l-partita 84-69.

Siġġiewi Derby: P. Shoults 2, M. Shoults, J. Doughty, E. Xuereb, N. Sultana 11, A. Borg 18, A. Micallef 24, J. Jetson, M. Matijevic 29
Bupa Luxol: M. Mercieca 2, R. Azzopardi 12, A. M. Trigona 5, A. Costa 5, N. Vasovic 7, T. Paris 9, A. Cremona 14, E.C. Montalto, J.P. Bonnici 15.
Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Alfred Carbonaro





Leave a comment