Depiro Mtarfa u A to Z Electronics Athleta jirbħu r-round preliminari

Monday, December 12, 2011, 9:23

minn Colin Schembri

BANK OF VALLETTA KNOCK OUT IRĠIEL

Depiro Mtarfa 64

Tata Motors Loyola 50

(14-14)(17-13)(17-10)(16-13)

 

Siggiewi vs Athleta

Siggiewi vs Athleta

Depiro qatgħu passaġġ għas-semifinali tal-Bank of Valletta knock out meta għelbu lil Tata Motors Loyola 64-50. Fis-semifinali se jilgħabu kontra Floriana Francesco Fenech. Iż-żewġ timijiet kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom bl-eċezzjoni ta’ Clint Cassar li kien nieqes għal Loyola. Iż-żewġ players Amerikani Greg Hamlin ta’ Depiro u Rashanti Harris ta’ Loyola kellhom prestazzjoni posittiva għalkemm Harris beda jilgħab il-bogħod wisq mill-basket. Minkejja dan huwa spiċċa bħala l-aħjar skorer tal-partita b’26 punt. Loyola ħadu l-ewwel vantaġġ wara trippla ta’ David Camilleri pero’ punti minn Roderick Vella u Hamlin raw lil Depiro jdawwru l-iskor favur tagħhom 8-7. Loyola reġgħu marru minn fuq bi trippla oħra ta’ Camilleri b’Vella u Andrew Aquilina jerġgħu jwieġbu għal Depiro. Qabel intemmet is-sessjoni, Harris għamel 3 punti għal parita 14-14. Fit-tieni perjodu, Depiro marru fuq quddiem wara basket minn Isaac Tanti u trippla ta’ Aquina. Hekk kif Harris baqa’ jwieġeb għal Loyola, kienu Vella u Hamlin li baqgħu jagħmlu l-punti ta’ Depiro. Camilleri għamel it-tielet trippla tiegħu biex Loyola ġew punt minn taħt 25-26 pero’ sal-intervall Depiro reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 4 punti 31-27.

Fit-tielet sessjoni ż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin b’baskets fuq kull naħa. Depiro mbagħad għaddew minn fażi tajba meta għamlu run ta’ 11-2 fosthom trippla ta’ Vella u dunk ta’ Hamlin u fetħu vantaġġ ta’ 12 –il punt 45-33. Sa tmiem il-perjodu Depiro baqgħu b’vantaġġ b’figuri doppji 48-37. Fl-ewwel minuti tal-aħħar sessjoni kienu l-players Amerikani li għamlu l-punti tat-team tagħhom bid-Depiro jibqgħu 9 minn fuq 52-43. Hawn waslu żewġ runs oħra mill-players ta’ Ray Muscat ta’ 8-2 u 6-0 u minkejja li Camilleri għamel ir-raba’ trippla tiegħu, kienu Depiro li rebħu l-partita 64-50.

 

Depiro: R. Vella 19, JP Schembri 2, A. Aquilina 5, A. Portelli, A. Micallef 4, E. Lupo 5, M. Mallia, I. Tanti 11, G. Hamlin 18.

Tata Motors Loyola: S. Pace, B. Zammit 2, D. Camilleri 12, S. Borg, L. Azzopardi, S. Vella, A. Axiaq 8, J. Anastasi, J. Ransley 2, R. Harris 26

 

Siġġiewi 51

A to Z Electronics Athleta 60

(17-15)(16-10)(6-18)(12-17)

 

A to Z Electronics Athleta ukoll għaddew għas-semifinali tal-Bank of Valletta knockout meta għelbu lil Siġġiewi 60-51. Athleta għamlu rimonta wara l-mistrieħ meta fit-tielet sessjoni dawwru distakk ta’ 8 punti.  Siġġiewi kienu mingħajr Nigel Sultana, Jean Paul Azzopardi u Klement Kodomaris fil-waqt li Athleta tilfu lil Mohammed Kawaid li rritorna il-Bahrain pero għal dan in-nuqqas patta Michael Naudi li kellhu partita stupenda. Din kienet it-tmien partita bjen dawn iż-żewġ timijiet bl-Athleta jiksbu s-sitt rebħa. Athleta ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 8-4 wara erba’ minuti pero’ Siġġiewi wieġbu bit-trippli ta’ Peter Shoults u basket ta’ Chris Meier biex temmew l-ewwel sessjoni 17-15 minn fuq. Fil-bidu tat-tieni sessjoni Siġġiewi komplew ikabbru l-vantaġġ b’run ta’ 7-0 li bdewha bi trippla ta’ Alan Borg. Omar Said u Naudi rrispondew għal Athleta pero Borg għamel trippla oħra biex fis-seba’ minuta Siġġiewi kienu għadhom 8 minn fuq 29-21. Huma żammew dan id-distakk sal-intervall fuq skor ta’ 33-25.

It-team talk ta’ Joe Galea fil-halftime dehret li ħalliet l-effett mixtieq fuq il-players tiegħu hekk kif Athleta bdew it-tielet perjodu bi break ta’ 11-0 b’Naudi jispikka. Marco Matijevic waqqfilhom din ir-run biex Siġġiewi ppareġjaw 36-36 pero Athleta reġgħu marru fuq quddiem 43-37 qabel ma Shoults għalaq is-sessjoni b’basket għal Siġġiewi. Fl-aħħar sessjoni c-champions kabbru l-vantaġġ wara trippla minn Omar Said b’Meier iwieġeb għal Siġġiewi. Id-distakk bejn iż-żewġ timijiet baqa’ ta żewġ punti  u fid-disa’ minuta Athleta kienu 53-51 minn fuq. Hawn Siġġiewi ppruvaw iwaqqfu l-arloġġ bil-fouls pero Naudi kien preċiż mill-freethrow line biex Athleta rebħu l-partita 60-51.

 

Siġġiewi: R. Agius, K. Borg 1, L. Camilleri 4, P. Shoults 11, E. Xuereb 2, A. Borg 6, C. Maeir 16, CM. Matijevic 11

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 33, D. Bugeja, D. Schembri 3, M. Giusti, A. Fekete 8, O. Said 7, A. Bonnici 5, K. Baldacchino 4, S. Schembri.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani, Clive Terribile

.





2 Comments

  1. Truly Bball Lover says:

    peter is a good coach imma ma ghandux kontroll fuqhom … aparti li he need help mil kmitat!!

    [Reply]

  2. karmnu says:

    micheal naudi wahdu faqahom lis-siggiewi!! u certu siggiewi player iridu jikkalmaw u wara l-loghba jinsew kollox mhux joqghodu jaghmlu s-shows fil-carpark

    [Reply]

Leave a comment