- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Depiro jkomplu bir-rebħ

Posted By sportinmalta1 On March 5, 2018 @ 5:05 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 53

Hibernians 58

(13-9)(15-18)(3-14)(22-17)

Hibernians irritornaw għar-rebħ wara d-diżappunt tan-Knock-out wara li għelbu lil Gżira Athleta 58-53. Huma kienu mingħajr Sam Brincat u mertu tar-rebħa kienet id-difiża li ħalliet lil Athleta mingħajr baskets fit-tielet sessjoni. Athleta bdew l-aħjar u three pointers ta’ Leanne Duncan u Antoinette Borg poġġewhom fuq quddiem 10-2. Hibs wieġbu bi trippla ta’ Jasmine Abela  flimkien mal-punti minn Iona Agius u Maria Said però Athleta kellhom trippla oħra minn Denise Said Hollier biex temmew il-perjodu 13-9 minn fuq. Fit-tieni taqsima, Hibs kellhom il-punti ta’ Rachel Kehoe biex resqu viċin għalkemm Beverlee Zammit kisbet l-ewwel trippla tagħha. Hibs waslu sa’ punt ‘l bogħod 18-19 qabel ma l-Athleta għamlu run ta’ 9-2 primarjament minn Amelia Simmons u Duncan biex marru 8 minn fuq. Hibs irkupraw u qabel l-intervall irnexxielhom jagħmlu run ta’ 7-0 fosthom trippla minn Elena Cassar għal skor ta’ 28-27.

Fit-tielet sessjoni Athleta ma setgħux jiksbu baskets hekk kif ġew illimitati għal 3 free-throws biss.Hibs marru fuq quddiem bil-punti ta’ Cassar flimkien ma Sophie Abela u Silvia Gambino u għalqu t-taqsima bi trippa minn Agius għal skor ta’ 41-31. Athleta rkupraw fil-bidu tal-aħħar sessjoni meta bdew b’run ta’ 9-b’żewġ trippli ta’ Zammit u naqqsu d-distakk għal 3 punti 40-43. Hibs irrispondew permezz ta’ Cassar u Abela għalkemm ir-raba’ trippla ta’ Zammit ħalliet lil Athleta viċin. Hawn però Hibs għamlu break ieħor ta’ 9-2 bi trippla ta’ Gambino biex reġgħu ħadu vantaġġ t’10 punti u din id-darba żammewh minkejja l-punti ta’ Simmons u Duncan għall-Athleta biex ħarġu rebbieħa 58-53.

Gżira Athleta: B. Zammit 12, N. Hili, S. Pisani, L. Duncan 9, A. Simmons 17, D. Said Hollier 3, A. Borg 5, J. Schembri, S. Vella 7, E. Pace, C. Mifsud.

 

Hibs: E. Micallef, E. Cassar 6, K. Calleja, I. Agius 11, J. Abela 6, S. Abela 8, K. Caruana, N. Farrugia, R. Kehoe 12, M. Said 4, J. Scerri.

Referees: Tuomas Mantere, Ivica Simic, Igor Marjanovic.

Depiro 73

Caffè Moak Luxol 68

(18-13)(13-19)(20-11)(13-21)(9-4)

Depiro komplew fit-triq tar-rebħ fejn din id-darba għelbu

Ritratt: Wally Galea

lic-champions Caffè Moak Luxol wara l-ħin barrani 73-68. Għal din il-partita Depiro kellhom fuq il-bank lil Adrian Mifsud hekk kif issa hi uffiċjali l-aħbar li Marko Zloh m’għadux il-coach tat-team tan-nisa b’posthu jieħdu Ruben Baldacchino. Iż-żewġ timijiet kellhom l-aħjar formazzjoni possibli hekk kif Luxol irkupraw lil Martina Darmanin li kienet nieqsa fl-aħħar partita. Il-coach ta’ Luxol Christoph Stolp għażel li jbida mingħajr Christina Grima u l-Amerikana Maria Brown u Depiro approfittaw meta bdew b’run ta’ 10-1 bi trippli minn Steffi De Martino u Nicole Agius. Luxol wieġbu bi trippla ta’ Kay Portelli flimkien mal-punti ta’ Cristina Sollami biex naqqsu d-distakk però baskets ta’ De Martino u Alexis Lloyd raw lil Depiro jtemmu t-taqsima 18-13 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Depiro żammew il-vantaġġ qabel ma Luxol kellhom sensiela ta’ three pointers minn Sarah Pace u Sollami biex għamlu l-iskor indaqs 24-24. De Martino wieġbet bi trippla għal Depiro però Luxol għalqu s-sessjoni bi break ta’ 8-2 biex daħlu jistrieħu punt minn fuq 32-31.

Wara l-intervall kienu Depiro li reġgħu bdew l-aħjar hekk kif għamlu run ta’ 10-2 bil-punti ta’ De Martino u trippla oħra ta’ Agius. Fil-fatt kienu dawn iż-żewġ players li kważi għamlu l-punti kollha ta’ Depiro f’din it-taqsimabi Christina Curmi u Maria Brown iwieġbu għal Luxol għal skor ta’ 51-43.  Fl-aħħar perjodu Luxol resqu aktar viċin wara trippli minn Pace u Grima. Punti ta’ Claire Ciantar u Maria Bonett ħallew lil Depiro fuq quddiem però Luxol ma ċedewx u għamlu 10 punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Pace mat-tielet tentattiv fl-aħħar sekonda biex sfurzaw il-ħin barrani fuq skor ta’ 64-64. Hawn Depiro fetħu tajjeb u ħadu vantaġġ bil-punti ta’ De Martino u Bonett. Luxol kellhom it-trippla ta’ Portelli li għamlet l-iskor indaqs iżda minn hemm ‘l quddiem ġew biss il-punti ta’ Depiro biex huma ħadu r-rebħa 73-68.

Depiro: M. Scicluna, T. Mifsud, C. Camilleri, M. Bonnett 12, S. De Martino 36, N. Agius 11, N. Agius, A. Lloyd 10, J. Xuereb, C. Ciantar 4.

 

Caffè Moak Luxol: S. Pace 14, N. Vella, N. Vella, C. Grima 9, K. Portelli 6, L. Caruana Montaldo, M. Brown 17, C. Solllami 12, M. Darmanin 2, C. Curmi 8.

Referees: Ivica Simic, Zvezdan Dobrosaviljevic, Miklos Rajzki 

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Hibs

7

5

2

12

395

341

Caffe Moak Luxol

8

3

5

11

450

456

Starlites

7

4

3

11

374

402

Gżira Athleta

7

3

4

10

388

394

Depiro

7

3

4

10

371

385


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/depiro-jkomplu-bir-rebh/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.