Depiro jirbħu r-round preliminari
Wednesday, May 18, 2011, 12:30minn Colin Schembri
DETUR CUP
Depiro Mtarfa 74
Tata Motors Loyola 62
(16-19)(16-15)(17-12)(25-16)
Depiro huma t-team li avvanza għas-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni ġdida kontra Tata Motors Loyola 74-62. Depiro kellhom il-formazzjoni tipika tagħhom għalkemm Isaac Tanti kien biss spetattur fuq il-bank u David Camilleri kien nieqes għal Loyola. Ta min jgħid li f’din il-partita kien qiegħed jagħmel id-debutt tiegħu fl-għola diviżjoni r-referree Luke Camilleri. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat biż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin sakemm Loyola għamlu run ta’ 7-2 bi trippla ta’ Sean Pace u marru 14-10 minn fuq. Runs ta’ 6-0 fuq kull naħa ħallew lil Loyola fuq quddiem fi tmiem il-perjodu 19-16. Depiro ppareġjaw bi trippla ta’ David Bugeja u ħadu l-vantaġġ wara break ta’ 6-0. Punti ta’ Stefan Vella reġgħu poġġew lil Loyola fuq quddiem 28-27. Depiro wieġbu bil-freethrows pero’ kienu Loyola li daħlu jistrieħu minn fuq 34-32.
It-tielet sessjoni kienet bilanċjata ferm tant li l-vantaġġ beda jinbidel kontinwament. Jovan Mihailovic ħalla lil Loyola 42-39 minn fuq pero’ Emanuel Lupo u Bugeja taw il-vantaġġ lil Depiro lejn it-tmiem 49-46. Fir-raba’ perjodu spikka Roderick Vella li b’run personali ta’ 10-0 fl-ewwel minuti poġġa lil Depiro 9 minn fuq 59-50. Għalkemm Mihailovic u Billy Zammit bi trippla wieġbu għal Loyola, kienu Bugeja u Vella li baqgħu jagħmlu l-punti ta’ Depiro biex huma ħarġu rebbieħa 74-62.
Depiro: R. Vella 20, J.P. Schembri 2, D. Bugeja 20, A. Aquilina 9, J. Gatt, E. Lupo 11, M. Mallia13, I. Tanti.
Tata Motors: S. Pace 21, B. Zammit 5, S. Borg, L. Azzopardi, S. Vella 6, A. Axiaq 1, J. Mihailovic 17, J. Anastasi 6, J. Ransley, A. Tabone 6
Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Luke Camilleri









