Depiro jibqgħu jittamaw

Monday, April 11, 2011, 10:05

minn Colin Schembri

KAMPJONAT L-EWWEL DIVIŻJONI

 Tata Motors Loyola 48
A to Z Electronics Athleta 80
(5-28)(18-11)(8-25)(17-16)

A to Z Electronics Athleta għelbu għar-raba darba dan l-istaġun lil Tata Motors Loyola 80-38. Etienne Bezzina kien nieqes għal Athleta fil-waqt li Loyola kienu mingħajr David Camilleri. Wara bidu kwiet, Athleta għamlu run ta’ 15-0 bi trippli ta’ Omar Said u Steve Schembri. F’nofs il-perjodu waslu l-ewwel punti ta’ Loyola minn Billy Zammit pero’ Athleta għamlu run oħra ta’ 13-3 biex temmew il-perjodu 28-5 minn fuq. Fit-tieni perjodu Loyola fetħu b’run ta’ 8-0 kollha minn Billy Zammit b’żewġ trippli. Athleta wieġbu bil-punti t’Adison Bonnici u Jonathan Zammit pero’ Loyola baqgħu jagħfsu bi break ta’ 6-2. Wara time-out, Athleta għamlu run oħra ta’ 7-0 biex daħlu jistrieħu fuq quddiem 39-23.

It-tielet perjodu fetaħ b’basket ta’ Anton Axiaq għal Loyola pero’ Athleta wieġbu bi break ta’ 16-2 fosthom żewġ trippli oħra ta’ Said. Jovan Mihailovic waqqfilhom din ir-run pero’ punti minn Michael Naudi u Bonnici kabbrulhom il-vantaġġ 64-31. L-aħħar sessjoni kienet iktar bilanċjata għalkemm Athleta fetħu vantaġġ doppju 70-35. Wara li Athleta għamlu run ta’ 10-2, kienu Loyola li għamlu l-aħħar 11-il punt tal-partita biex Athleta ħarġu rebbieħa 80-48.

Tata Motors Loyola: S. Pace, B. Zammit 15, S. Borg 2, G. Cuschieri 1, M. Cilia, S. Vella, A. Axiaq 6, J. Mihailovic 10, J. Anastasi 8, J. Ransley 2, A. Tabone 4.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 10, J. Zammit 6,C. Galea,  D. Schembri 15, O. Said 28, A. Bonnici 9, K. Baldacchino 3, A. Ryan,  S. Schembri 9

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Emanuel Mangani

Depiro 78

Bupa Luxol 61

(19-20)(18-12)(14-14)(27-15)

Depiro vs Bupa

Depiro vs Bupa

Depiro żammew ħajjin it-tamiet tagħkom li jikkwalifikaw għac-championship pool meta f’konfront dirett għelbu lil Bupa Luxol 78-61. Depiro kienu mingħajre Jeffrey Gatt u Sean Mizzi kien nieqes għal Luxol. Luxol fetħu l-partita bi trippla ta’ Nikola Vasovic bid- Depiro jagħmlu run ta’ 9-0. Luxol reġgħu ppareġjaw bi trippli ta’ Vasovic u Petar Apcev, u wara trippla ta’ Aquilina għal Depiro, huma feħu vantaġġ ta’ 7 punti wara run ta’ 12-1. Sa tmiem il-perjodu Depiro naqqsu d-distakk wara break ta’ 6-0. Fit-tieni perjodu, Depiro reġgħu ħadu l-vantaġġ wara erba’ baskets mingħajr risposta.  Luxol resqu viċin bil-punti ta’ Apcev u Tom Paris b’ Depiro jwieġbu bi trippla ta’ Roderick Vella u jidħlu jistrieħu 7 minn fuq 37-32.

It-tielet perjodu kien l-aktar wieħed bilanċjat fejn wara li Depiro fetħu b’żewġ basktes Luxol wieġbu bi trippla ta’ Robert Azzopardi. Trippla ta’ Vella għal Depiro ġiet imwieġba b’oħra minn Vasovic biex fi tmiem il-perjodu Depiro kienu għadhom 5 minn fuq 5146. Luxol fetħu l-aħħar perjodu bi trippla ta’ Antoine Costa pero’ hawn Depiro għamlu run deċisiva ta’ 18-3 b’żewġ trippli ta’ Vella bir-risposta ta’ Luxol tasal minn trippla oħra t’Azzopardi. Depiro issa kienu 69-52 minn fuq u minkejja li Luxol wieġbu bi trippli ta Vasovic u Marco Mercieca, Depiro għamlu l-aħħar break ta’ 6-1 biex rebħu l-partita 78-61.

Depiro:  R. Vella 18, J.P. Schembri 2, D. Bugeja 7, A. Aquilina 18, J. Camilleri, E. Lupo 8, M. Mallia10, I. Tanti 15.

Bupa Luxol: C.J. Cordina, M. Mercieca 5, R. Azzopardi 9,  A. M. Trigona 2, P. Apcev 8, A. Costa, 4. N. Vasovic 14, T. Paris 4, E. Caruana Montalto , J.P. Bonnici 8.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

Klassifika Kampjonat Irġiel
Team Logħob Rebħ Telf Punti
A to Z Electronics Athleta 10 9 1 19
Siggiewi Derby 9 6 3 15
Bupa Luxol 9 4 5 13
Depiro Mtarfa 9 3 6 12
Tata Motors Loyola 9 1 8 10




Leave a comment