- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Depiro jibqgħu għaddejin

Posted By sportinmalta1 On January 29, 2018 @ 9:14 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 57

Balkan Fusion 82

(16-22)(8-20)(22-17)(11-23)

Balkan Fusion kisbu r-raba rebħa tal-kampjonat kontra Gżira Athleta 82-57 li kienu ġejjin minn tlett rebħiet konsekuttivi. Athleta kellhom lil Ryan Zammit, Kalvin Schembri u Mark Cilia neqsin u tilfu wkoll lil Francesco Mifsud Bonnici wara tlett minuti. Balkan ukoll kellhom xi players neqsin fosthom Sergi Jorba, Alex Perunicic u Zika Stankovic. Athleta żammew il-pass mal-avversarji speċjalment fl-ewwel sessjoni però mit-tieni sessjoni ‘l quddiem, Balkan bdew jiddominaw taħt il-boards u Athleta sabu diffikulta biex iżżomuhom. Iż-żewġ timijiet fetħu tajjeb bl-Athleta jkollhom diversi punti minn Luca Stefanovic. Balkan kellhom il-punti minn Slavko Opojevlic u Bogdan Ilic u temmew l-ewwel sessjoni 22-16 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Balkan għamlu run ta’ 15-2 bil-punti ta’ Nikola Stanovic u trippla ta’ Ilic. Athleta wkoll kellhom trippla minn Stefan Vincic però fl-intervall Balkan kienu 18 minn fuq 42-24.

Fit-tielet sessjoni Balkan żiedu l-vantaġġ għal 20 punt 46-26 qabel ma Athleta għamlu break ta’ 13-3 fosthom trippla ta’ Nathan Xuereb u naqqsu d-distakk għal 12 –il punt 43-55. Balkan wieġbu bil-punti ta’ Stankovic u Ilic iżda Stefanovic kiseb trippla oħra għal skor ta’ 46-59. Fl-aħħar sessjoni Athleta rnexxielhom jaslu sa’ 11 –il punt ‘l bogħpd 53-64 bil-punti ta’ Xuereb u Vincic. Hawn però Balkan reġgħu għamlu run ta’ 14-2 biex ħadu l-partita f’idejhom u ħarġu rebbieħa 82-57.

Gżira Athleta: D. Desira, F. Mifsud Bonnici, J. Falzon 2, L. Stefanovic 25, M. Gauchi Montaldo, N. Xuereb 9, J. Aquilina 2, B. Bartolo 1, S. Vincic 13, J. Ransley 5.

Balkan Fusion: M. Stjepanovic 7, I. Kumric 4, B. Ilic 27, S. Opojevlic 9, B. Mrkojevic, U. Lasic 4, N, Bukva 5, V. Lekovic, N. Stankovic 26.

Referees: Gordon Barbara, Nicky Azzopardi.

Hibs 66

 

Siġġiewi 59

(17-13)(15-12)(19-12)(15-22)

Hibs ukoll kisbu r-raba’ rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil Siġġiewi 66-59 biex għamlu double fuqhom wara li kienu rebħulhom ukoll fis-shield. Lee Grech u Roberto Alosco kienu nieqsa għal Siġġiewi fil-waqt li Hibs kienu mingħajr Luke Farrugia. Hibs bdew bl-ewwel sitt punti b’żewġ baskets ta’ Luca Tardito. Siġġiewi bdew jirrispondu u fetħu bi trippla ta’ Alex Novakovic. Hibs ukoll wieġbu bi trippla ta’ Paul Attard però sitt punti ta’ Siġġiewi poġġewhom fuq quddiem għall-unika darba fil-partita 11-10. Hibs irkupraw u għalqu t-taqsima bi trippla ta’ Kieron Caruana għal skor ta’ 17-13. Fit-tieni taqsima, għal ħin twil iż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin u għal tlett darbiet Siġġiewi waslu sa’ basket ‘l bogħod. Hibs għalqu s-sessjoni bi break ta’ 8-3 biex daħlu jistrieħu 32-23 minn fuq.

Wara l-intervall, Hibs fetħu qawwi bi break ta’ 13-0 b’aktar punti ta’ Caruana, Tardito u t-tieni trippla ta’ Attard. Siġġiewi finalment irrispondew permezz ta’ Novakovic u Konstantinos Arvanitakis però Tardito kompla jagħmel il-punti għal Hibs biex huma baqgħu fuq quddiem 51-37. Fl-aħħar sessjoni ż-żewġ timijiet kellhom diversi players ta’ fuq il-bank fuq il-court u Siġġiewi rnexxielhom inaqqsu d-distakk għal 8 punti wara trippla ta’ Novakovic flimkien ma’ Hubert Agius u JP Antoncic. Sa’ tmiem il-partita ż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin biex Hibs baqgħu fuq quddiem sat-tmiem u ħarġu rebbieħa 66-59.

Hibs: J. Debono, M. Formosa 6, R. Aquilina, P. Attard 9, I. Bonett 8, K. Caruana 10, J. Piscopo, K. Sultana 4, M. Houmpton 4, E. Xuereb, L. Tardito 29.

 

Siġġiewi: J. Carter 3, JP Antoncic 2, M. Baldacchino, A. Baldacchino 10, H. Agius 10, G. Agius, K. Arvanitakis 8, C. Bezzina, R. Camilleri, A. Novakovic 26,O. Shamala.

Referees: Nicky Azzopardi, Emanuel Mangani.

Marvels Frank Salt 49

 

Starlites GIG 65

(7-18)(11-11)(15-14)(16-22)

Starlites kienu diġa għelbu lil Marvels fil-logħob tas-shield u kisbu wkoll rebħa fil-kampjonat 65-49. Wara l-inċidenti ta’ ġimgħa ilhu, Marco Majic kien sospiż għall-għomru mill-basketball. Għal Marvels kienu nieqsa wkoll Christian Briffa u l-coach Clayton Camenzuli. Starlites għamlu l-ewwel sitt punti tal-partita b’żewġ baskets ta’ Anthony Schembri. Ir-reazzjoni ta’ Marvels waslet b’ħames punti konsekuttivi però Starlites komplew b’run ta’ 12-2 biex temmew is-sessjoni 18-7 minn fuq. Fit-tieni perjodu l-logħob kien aktar maqsum bil-Marvels inaqqsu d-distakk wara trippla ta’ Glenn Borg. Starlites irkupraw u għamlu sitt punti oħra biex daħlu jistrieħu 29-18 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Starlites bdew bi trippla minn Ian Felice Pce però hawn Marvels kellhom mument tajjeb u b’run ta’ 12-3 irnexxielhom inaqqsu d-distakk għal 5 punti 32-37. Starlites wieġbu bil-punti ta’ Ryan Carabott u Isaac Pace flimkien ma’ Mirco Azzopardi u reġgħu fetħu vantaġġ b’figuri doppji 43-33. L-aħħar taqsima kienet missielta speċjalment hekk kif Marvels bil-punti kontinwi ta’ Nicolo Guida u Luke Azzopardi waslu sa’ basket ‘l bogħod mill-avversarji 46-48. Trippla ta’ Matthew Scerri fetħet it-triq tar-rebħa għal Starlites hekk kif huma komplew b’aktar punti ta’ Carabott u għalqu l-logħba b’run ta’ 8-0 biex ħarġu rebbieħa 65-49.

Marvels Power Plus: G. Borg 3, N. Guida 15, R. Curmi 9, D. Debattista 4, D. Verebies, L. Azzopardi 13, A. Morris 5, D. Borg.

Starlites: O. Psaila, M. Azzopardi 14, L. Vella 2, I. Felice Pace 3, M. Scerri 9, R. Carabott 8, J. Attard, I. Pace 4, M. Vella, J. Wait 9, A. Xuereb 2, A. Schembri.

Referees: Nicky Azzopardi, Kamil Dworniczak.

Depiro 87

Luxol 71

(23-10)(21-30)(24-11)(19-20)

Il-ġurnata ntemmet b’partita mill-isbaħ bejn l-ewwel żewġ timijiet tal-klassifika u finalment kienu Depiro li ħarġu rebbieħa 87-71 biex baqgħu għaddejjin bir-rebħ u żammew l-ewwel post. Spettaturi nterresati f’din il-partita kienu Balkan Fusion hekk kif iż-żewġ timijiet jiltaqgħu L-Erbgħa 31 ta’ Jannar f’partita li mistennija tkun ta’ livell għoli. Iż-żewġ barranin ta’ Depiro Jack Nygaard u Adam Chomo kienu parti strumentali f’din ir-rebħa flimkien ma’ players oħra bħal Nicholas Grech, Kurt Xuereb u Matthew Borg. Luxol ibbażżaw il-logħob tagħhom fuq Vukassin Jandric u Keith Dimech b’dan tal-aħħar wara sessjoni kwieta jispiċċa bi 33 punt. Luxol marru fuq quddiem bil-punti ta’ Jandric li kellhu wkoll trippla b’Nygaard u Xuereb iwieġbu għal Depiro. Wara parita ta’ 10-10 b’basket ta’ Clayton Calleja, Depiro ħasdu lill-avversarji b’run ta’ 13-0 bi trippla ta’ Chomo għal skor ta’ 23-10. Depiro kabbru l-vantaġġ fit-tieni sessjoni bi trippla oħra ta’ Nygaard u l-punti ta’ Grech. Dimech beda dieħel aktar fil-partita għal Luxol li naqqsu d-distakk għal 11 –il punti u komplew bi trippla ta’ Michael Sjoberg. Luxol komplew jagħfsu u għalqu l-perjodu b’run ta’ 12-3 biex id-distakk niżel għal 4 punti 44-40.

Il-ftuħ tat-tielet sessjoni kompla jkun missielet biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin bil-punti ta’ Grech u Dimech rispettivament. Luxol waslu sa’ basket ‘l bogħod 51-53 però hawn Depiro ddomminaw bi break qawwi ta’ 15-0 b’Nygaard u Chomo dominanti b’diversi punti. Fattur li Luxol sofrew tul il-partita kollha kienu l-ammont ta’ offensive rebounds li bdew jikkonċedu. Fl-aħħar taqsima, Depiro komplew jikkontrollaw u kabbru l-vantaġġ għal 23 punt 78-55. L-aħħar sforz ta’ Luxol wassal għal run ta’ 10-3 b’żewġ trippli minn Dimech però kienu għadhom ‘l bogħod wisq mill-avversarji u Depiro setgħu jikkontrollaw biex ħadu s-sitt rebħa tal-kampjonat fuq skor finali ta’ 87-71.

Depiro: M. Brincat, M. Mallia, M. Debattista,  J. Vibe,  A. Attard, N. Grech 9, J. Camilleri 1, J. Nygaard 34, A. Chomo 29, K. Xuereb 8, M. Borg 4, E. Briffa.

Luxol: L. Djoric, L. Caruana Montaldo, V. Jandric 23, I. El Gabaily, J. Cefai, K. Dimech 33, C. Calleja 12, M. Sjoberg 3, J. Navarro, M. Steenkamer.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Vladimir Nikolic.

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Depiro

6

6

0

12

483

378

Balkan Fusion

6

5

1

11

454

279

Luxol

6

4

2

10

441

447

Hibernians

5

4

1

9

329

292

Gżira Athleta

5

3

2

8

344

327

Siġġiewi

6

1

5

7

365

456

Victoria Libertas

6

1

5

7

300

380

Startlites

5

2

3

7

300

328

Marvels Power Plus

7

0

7

7

350

479


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/depiro-jibqghu-ghaddejin/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.