- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Depiro jħallu lic-champions mingħajr rebħa

Posted By sportinmalta1 On January 8, 2018 @ 6:13 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 47

Depiro 51

(12-13)(12-11)(12-8)(11-14)

Depiro kisbu t-tieni rebħa tagħom fil-kampjonat meta għelbu lil Caffè Moak Luxol 51-47 biex ħallew lic-champions mingħajr rebħa wara tlett partiti. Luxol kienu għelbu lil Depiro darbtejn fit-tazza Louis Borg iżda din id-darba huma kienu b’formazzjoni ridotta fejn minnbarra li għadhom mingħajr player barranija, għandhom ukoll in-nuqqas ta’ Paula Ellul għal żmien twil. Depiro kellhom lil Amerikana Alexis Lloyd turi progress wara l-aħħar harġiet fil-waqt li Claire Ciantar kellha sehem importanti taħt il-boards flimkien ma’ Steffi De Martino. Depiro kellhom l-aħjar bidu u minn kmieni ħadu vantaġġ meta marru 11-2 minn fuq. Luxol kellhom it-three pointers minn Sarah Pace u Ina Baena Medina però De Martino wkoll kellha trippla flimkien mal-punti ta’ Ciantar u Maria Bonett għal skor ta’ 18-12. Fit-tieni taqsima l-punti naqsu u l-logħob kien aktar maqsum. Trippla oħra ta’ De Martino rat il-vantaġġ ta’ Depiro jikber għal 9 punti 25-16 qabel ma Luxol għamlu run qasira ta’ 8-3 bi three pointers minn Kay Portelli u fl-intervall Depiro kienu ħamsa minn fuq 29-24.

Fit-tielet taqsima, Luxol irnexxielhom jieħdu vantaġġ wara żewġ three pointers ta’ Pace. Depiro rrispondew pemezz tal-Amerikana Lloyd flimkien ma’ Nicole Agius biex żammew vantaġġ ta’ punt 37-36. Fl-aħħar sessjoni Luxol marru għall-aħħar darba minn fuq wara basket ta’ Noelene Vella u trippla ta’ Medina. Depiro kellhom mument deċisiv meta għamlu run ta’ 10-0 bil-baskets ta’ Bonett, Lloyd u Agius biex fetħu distakk ta’ 8 punti 49-41. Minkejja li Luxol tħabtu u naqqsu d-distakk bi three pointer ta’ Christina Curmi, kienu Depiro li għalqu l-partita bil-punti ta’ Lloyd u ħarġu rebbieħa 51-47.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 13, M. Caruana, N. Vella, I. Baena Medina 10, N. Vella 2, K. Portelli 6, C. Solllami, M. Darmanin 3, C. Curmi 13.

 

Depiro: M. Micallef, T. Mifsud, C. Camilleri, M. Bonnett 4, S. De Martino 13, N. Agius 8, N. Agius, A. Lloyd 14, J. Xuereb 4, L. Camilleri, C. Ciantar 12.

Referees: Nicky Azzopardi, Brian Sly, Igor Marjanovic

Hibernians 47

Gżira Athleta 62

(12-16)(17-13)(8-21)(10-12)

Gżira Athleta pattew għall-eleminazzjoni li sofrew mit-tazza

Ritratt: Wally Galea

Louis Borg kontra Hibernians meta tawhom l-ewwel telfa tal-kampjonat fuq skor ta’ 62-47. Hibs kellhom prestazzjoni differenti mill-wirjiet ta’ qabel il-waqfa u fid-difiża taw wisq spazju lill-avversarji ankè meta l-Amerikana Amelia Simmons kellha toqgħod fuq il-bank wara li kkomettiet it-tielet foul tagħha. Athleta kellhom nieqsa lil Beverlee Zammit fil-waqt li Hibs kienu bl-iskwadra kompluta tagħhom. Punti ta’ Elena Cassar taw l-ewwel u l-aħħar vantaġġ lil Hibs fil-partita. Athleta wieġbu permezz ta’ Antoinette Borg flimkien ma’ Leanne Duncan u Simmons biex temmew l-ewwel sessjoni 16-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Hibs naqqsu d-distakk wara punti minn Sam Brincat u Julia Scerri. Simmons ikkomettiet it-tielet foul u postha ħadithu Chantelle Mifsud li però ma ddiżappuntatx għaliex kellha sehem f’run ta’ 12-2 flimkien ma’ Duncan, Borg u Denise Said Hollier hekk kif Athleta fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 28-17. Hibs irrispondew b’saħħa hekk kif għalqu t-taqsima b’run ta’ 14-3 b’żewġ trippli minn Brincat biex irnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs 29-29.

Fit-tielet taqsima wasal l-aqwa mument tal-Athleta meta wara żewġ baskets oħra ta’ Borg, huma għamlu run ta’ 16-2 b’Simmons tiddomina. Hibs dehru mifxula u kellhom biss punti minn Cassar, Scerri u Sophie Abela f’din is-sessjoni li rat lil Athleta jiftħu vantaġġ ta’ 13 –il punt 50-37. Fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni, Athleta komplew bi tmien punti oħra ta’ Simmons għalkemm Hibs kellhom it-trippli ta’ Brincat. Hibs setgħu biss jaslu sa’ 13 –il punt ‘l bogħod qabel ma l-Athleta reġgħu żiedu l-vantaġġ b’żewġ baskets ta’ Simmons u Duncan biex rebħu l-partita 62-47.

Hibs: E. Micallef 2, E. Cassar 13, S. Gambino, S. Brincat 22, I. Agius, J. Abela, S. Abela 2, K. Caruana, N. Farrugia, R. Kehoe 2, K. Calleja, J. Scerri 6.

 

Gżira Athleta: N. Borg, S. Pisani, L. Duncan 11, A. Simmons 26, D. Said Hollier 3, A. Borg 17, J. Schembri, S. Vella, E. Pace, C. Mifsud 5.

Referees: Gordon Barbara, Igor Marjanovic, Kamil Dworniczak.

 

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Depiro

3

2

1

5

158

150

Starlites

2

2

0

4

116

96

Gżira Athleta

2

1

1

3

108

105

Hibs

2

1

1

3

104

106

Caffe Moak Luxol

3

0

3

3

138

167


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/depiro-jhallu-lic-champions-minghajr-rebha/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.