Depiro jerbħu l-kampjonat taħt id-19 –il sena tal-irġiel

Monday, April 13, 2015, 17:15

KAMPJONAT ST.JAMES HOSPITAL IRĠIEL U/19 – FINALI

minn Colin Schembri

Athleta 38

Depiro 56

(11-11)(12-20)(8-18)(7-7)

It-team ta’ Depiro mmexxi minn Joe Zammit rebħu l-kampjonat tal-irġiel ta’ taħt id-dsatax –il sena meta fil-finali għelbu lil Athleta 56-38. Fis-semifinali Depiro kienu għelbu

www.mba.org.mt

lil Starlites 92-54 u Athleta għelbu lil Hibs 78-66. Ħafna mill-players rajnijhom fl-azzjoni f’diversi kampjonati oħra fosthom tal-ewwel u t-tieni diviżjoni. Depiro bdew il-partita bi trippla ta’ Timothy Zammit u baskets ta’ Daniel Farrugia għal skor ta’ 7-2. Athleta kellhom reazzjoni bi break ta’ 9-0 fejn kellhom il-punti ta’ Matthew Gouder u Julian Wait biex marru 11-7 minn fuq. Depiro kellhom il-punti ta’ Kurt Xuereb biex ġabu l-iskor indaqs 11-11. Athleta ħadu l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni sessjoni wara basket ta’ Gouder u trippla ta’ Wait. Depiro kellhom run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Kurt Xuereb u l-punti ta’ Farrugia u Matthew Borg. Wara punti fuq kull naħa, kien hemm break qasir ta’ 6-2 minn Depiro biex daħlu jistrieħu 31-23 minn fuq.

Il-ftuħ tat-tielet sessjoni, kien dominat minn Depiro hekk kif Athleta sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti. Fil-fatt Depiro għamlu run sabiħa ta’ 16-2  fejn fost l-oħrajn kien hemm il-punti minn Samuel Zammit u ħuh Timothy flimkien ma’ Nicholas Grech u Farrugia. Athleta rrispondew bi break qasir ta’ 6-0 però Depiro temmew it-taqsima 49-31 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni l-punti naqqsu fuq iż-żewġ naħat u dan żamm lil Depiro fuq quddiem fejn għalqu l-partita b’basket taż-żagħżugħ Myron Agius biex rebħu l-partita 56-38 biex rebħu l-kampjonat bla telfa. Fi tmiem il-partita l-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-tazza lil captain ta’ Depiro Daniel Farrugia.

Athleta: Soufian Hagul 2, Francesco Mifsud Bonnici 1, Aiden Cutajar, Daniel Buhagiar 2, Luca Stefanovic 10, Daniel Cassar 2, Julian Wait 5, Matthew Gouder 12. Kalvin Schembri, Stefan Vincic 2, Petar Dzolic, Eduardo Schiappiati 2.

Depiro: Josef Attard, Myron Agius 2, Kurt Xuereb 12, Ryan Rizzo, Timothy Zammit 12, Nicholas Grech 2, Daniel Farrugia 12, Ryan Zammit, Samuel Zammit 14, Andrew Zammit, Matthew Borg, Rueben Xuereb.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Teemu Helenius.

Ritratti: MBA facebook page; www.mba.org.mt





Leave a comment