Depiro jegħlbu lil Bupa Luxol u Athleta jibqgħu għaddejin

Monday, January 17, 2011, 17:00

KAMPJONAT L-EWWEL DIVIZJONI

 minn Colin Schembri

Bupa Luxol 51

Depiro Mtarfa 63

(19-19)(2-12)(16-15)(14-17)

Il-klassifika tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni kompliet tikkumplika ruħha hekk kif Depiro kisbu t-tieni rebħa tagħhom. Huma għelbu lil Bupa Luxol 63-51 biex kisbu t-tieni rebħa tagħhom fuq l-avversarji dan l-istaġun u rritornaw għar-rebħ wara erba’ telfiet. Luxol kienu mingħajr Marco Mercieca u Robert Azzopardi sospiżi u ntroduċew żagħżagħ ġodda. L-ewwel sessjoni kienet ferm movimentata bil-Luxol jiftħu tajjeb bit-three pointers tagħhom minn Nikola Vasovic, Petar Apcev u Jean Paul Bonnici. Minkejja dan id-Depiro baqgħu viċin bil-punti ta’ Roderick Vella u Andrew Aquilina. It-tielet trippla ta’ Vasovic tat vantaġġ ta’ 4 punti lil Luxol 16-12 pero’ Depiro wieġbu bi break ta’ 7-0 inkluża trippla ta’ Vella u marru fuq quddiem. Luxol ippareġjaw 19-19 bil-freethrows ta’ Andrew Cremona u Vasovic. It-tieni sessjoni kienet fatali għal-vjola hekk kif huma sabu diffikulta biex isarrfu l-attakki tagħhom f’punti tant li għamlu basket wieħed minn 15 –il tentattiv.         Wara żewġ baskets minn Depiro kien Bonnici li għamel l-uniku basket ta’ Luxol f’din is-sessjoni. Minn hemm il-quddiem Depiro għamlu tmien punti mingħajr risposta u daħlu jistrieħu 10 minn fuq 31-21.

Apcev fetaħ it-punteġġ ta’ Luxol fit-tielet perjodu b’Depiro jwieġbu bi break ta’ 7-0 fosthom trippla ta’ Aquilina. Luxol baqgħu viċin bil-punti ta’ Tom Paris, Cremona u Vasovic u naqqsu d-distakk għal-11 il-punt 43-22. Lejn it-tmiem kien hemm three pointer fuq kull naħa u basket ta’ Cremona għalaq is-sessjoni bil-Luxol 9 minn taħt 37-46. Luxol komplew inaqqru l-vantaġġ ta’ Depiro meta fetħu l-aħħar sessjoni bi trippla oħra ta’ Apcev. Depiro wieġbu bil-baskets ta’ David Bugeja u Malcolm Mallia biex reġgħu marru 10 minn fuq 50-40. Hawn Luxol għamlu run ta’ 8-0 bi trippli minn Apcev u Vasovic u fir-raba’ minuta waslu sa basket minn taħt 48-50. Hawn wasal break deċisiv minn Depiro ta 10-0 li reġa’ rahom jiftħu distakk ta’ 12-il punt 60-48 u baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 63-51.

Bupa: C.J. Cordina, M. Attard Montaldo, E, Bonello, A. M. Trigona, P. Apcev 16, A. Costa, N. Vasovic 19,  T. Paris 2, A. Cremona 6, E.C. Montalto, J.P. Bonnici 8, S. Mizzi.

Depiro Mtarfa:  R. Vella 25, J.P. Schembri , D. Bugeja 10, A. Aquilina 10, J. Gatt , E. Lupo 9, M. Mallia 9, G. Mercieca.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile, Emanuel Mangani

Siġġiewi Derby 64

A to Z Electronics Athleta 78

(23-18)(4-26)(19-13)(18-21)

Fit-tieni partita A to Z Electronics Athleta għelbu lil Siġġiewi Derby 78-64 pero’ kien fl-aħħar erba’ minuti li serrħu rashom mir-riżultat. Siġġiewi kienu mingħajr Peter Shoults pero’ Lee Ross deher għal-ewwel darba fuq il-bank u anke għamel il-warm up ma sħabu. Għal-Athleta kienet ir-rebħa fuq Siġġiewi u kienet ukoll it-tnax il-waħda konsekuttiva. Siġġiewi kellhom l-aħjar bidu fejn wara li trippla ta’ Steve Schembri għamel l-iskor 4-4 huma għamlu break ta’ 6-0 biex marru 10-4 minn fuq. Athleta wieġbu b’ħames punti pero trippli ta’ Eman Xuereb u Alan Borg ħallew lil Siġġiewi minn fuq. Fl-aħħar minuta kien hemm trippla ta’ Schembri u waħda ta’ Matijevic biex Siġġiewi kellhom vantaġġ ta’ 5 punti 23-18. Sat-tielet minuta tat-tieni sessjoni Athleta ppareġjaw fuq skor ta’ 25-25. Trippla ta’ Schembri fetħilhom run qawwija ta’ 17-1 li tathom vantaġġ ta’ 17-il punt fil-half time 44-27.

Siġġiewi reġgħu bdew tajjeb wara l-mistrieħ u għamlu run ta’ 14-2 bil-baskets ta’ Matijevic u Adrian Micallef u naqqsu d-distakk għal 5 punti 46-41. Athleta reġgħu kabbru l-vantaġġ bil-punti ta’ Michael Naudi u trippla oħra ta’ Schembri fl-aħħar sekondi tathom vantaġġ ta’ 11-il punt 57-46. Fl-aħħar sessjoni Siġġiewi għamlu sforz ieħor u punti minn Matijevic reġgħu ressquhom viċin. Sitt punti ta’ Micallef fosthom trippla raw lil Siġġiewi jnaqqsu d-distakk għal 4 punti f’nofs l-aħħar sessjoni 59-63. Hawn l-Athleta għamlu run ta’ 11-0 mibdija bi trippla ta’ Omar Said u fit-tmien minuta fetħu vantaġġ ta’ 15-il punt 74-59. Fl-aħħar żewġ minuti Athleta kienu ċerti mir-rebħa u kien hemm baskets fuq kull naħa għal skor finali ta’ Siġġiewi Derby 64 A to Z Electronics Athleta 78.

Siġġiewi Derby: K. Borg, J. Doughty, E. Xuereb 11, A. Borg 7, A. Micallef 21, L. Ross, J. Jetson 4, M. Matijevic 21

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 14, J. Zammit, C. Galea, E. Bezzina 5, D. Schembri 14,  O. Said 16, C. Calleja, A. Bonnici 7, K. Baldacchino 5, A. Ryan, S. Schembri 17.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro, Jean Paul Sammut.
 
Klassifika Kampjonat Irgiel
Team                                     Logħob     Rebħ   Telf    Punti
A to Z Electronics Athleta   6                  6            0        12
Siggiewi Derby                         5                  3             2          8
Depiro Mtarfa                           6                   2            4          8
Bupa Luxol                                6                   2            4          8
Tata Motors Loyola               5                  1             4          6

 





Leave a comment