Depiro jagħtu l-ewwel telfa lil A to Z Electronics Athleta

Monday, February 20, 2012, 11:13

minn Colin Schembri

Kampjonat MSV Life Irġiel 

Tata Motors Loyola 72

Floriana Francesco Fenech 77

(11-23)(24-16)(19-17)(18-21)

Siggiewi vs Luxol

Siggiewi vs Luxol

Floriana Francesco Fenech irritornaw għar-rebħ biex komplew javviċinaw il-post fil-playoffs. Huma għelbu lil Tata Motors Loyola 77-72 f’partita sabiħa li baqgħet inċerta sat-tmiem. Loyola kellhom lil Luke Azzopardi nieqes pero’ rkupraw lil Joshua Anastasi fil-waqt li Floriana kienu mingħajr Jeremy Curmi. Għal darb’oħra Evan Fjeld kien il-protagonist ta’ Floriana mhux biss għax kien l-aħjar skorer tagħhom bi 42 punt imma wkoll għax sofra 14 –il foul u kellhu 10 rebounds. Minn naħa l-oħra l-Amerikan ta’ Loyola Rashanti Harris deher li mhux f’siktu mija fil-mija u anke kellhu jħalli l-court għal xi ħin fit-tieni sessjoni għalkemm kompla l-partita wara l-intervall. Floriana marru fuq quddiem 12-6 wara l-ewwel ħames minuti bil-punti jaslu kollha minn Fjeld b’David Camilleri jagħmel trippla għal-Loyola. Wara li Ian Mercieca għamel trippla wkoll għal Floriana, Loyola wieġbu b’oħra ta’ Jean Paul Azzopardi. Pero’ sa tmiem is-sessjoni kellna biss il-punti ta’ Floriana f’run ta’ 8-0 biex tennew is-sessjoni 23-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Loyola bdew inaqqsu d-distakk wara run ta’ 8-1 b’punti minn Harris u Jonathan Ransley. Azzopardi għamel trippla oħra  u minkejja punti minn Fjeld u Chris Sammut, trippla ta’ Harris fit-tmien minuta rat lil Loyola jippareġjaw 32-32, Hawn Harris ħalla l-court imweġġa u wara li Azzopardi poġġa lil Loyola fuq quddiem, Floriana għamlu 7 punti mingħajr risposta biex fil-mistrieħ kienu 4 minn fuq 39-35.

Harris reġa daħal fil-bidu tat-tielet sessjoni pero’ wara basket tiegħu, Floriana żiedu l-vantaġġ bi trippla ta’ Steve Sammut u punti minn Fjeld. Floriana reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 9 punti 54-45 pero Anastasi u Camilleri bi trippla reġgħu naqqsu d-distakk għal Loyola 54-56 fi tmiem il-perjodu. L-aħħar sessjoni kienet ferm missielta fejn għal ħin twil it-timijiet kienu f’parita. Fil-fatt Loyola ppareġjaw bil-punti ta’ Anton Axiaq u hekk kif Floriana bdew jieħdu vantaġġ, Camilleri beda jwieġeb bi trippli tiegħhu u f’nofs is-sessjoni l-iskor kien 66-66. Hawn Floriana għamlu run deċisiva ta’ 10-0 u minkejja l-ħames trippla ta’ Camilleri u oħra ta’ Billy Zammit, kienu Floriana li kkontrollaw sat-tmiem biex rebħu l-partita 77-72.

 

Tata Motors Loyola: S. Pace, B. Zammit 3, D. Camilleri 20, M. Cilia, S. Borg, L. S. Vella, A. Axiaq 6, JP Azzopardi 11, J. Anastasi 2, J. Ransley 4, R. Harris 26.

Floriana Francesco Fenech: C. Sammut 5, I. Mercieca 10, S. Sammut 15, C. Calleja 2, A. Baldacchino, E. Fjeld 42, A. Sultana 2, M. Ciantar 1.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Alfred Carbonaro.

 

Siġġiewi 91

Bupa Luxol 69

(18-15)(17-20)(22-16)(34-18)

 

Siġġiewi żammew ħajjin it-tamiet tagħhom li jaslu sal-playoffs meta għelbu lil Bupa Luxol 91-69 biex b’hekk pattew għat-telfa tal-ewwel round. Għal Luxol din kienet it-tielet telfa konsekuttiva fil-kampjonat biex issa Siġġiewi qabżuhom fil-klassifika. Siġġiewi rkupraw lil Louis Camilleri fil-waqt li għal Luxol kien nieqes Andrew Micallef Trigona. Siġġiewi kellhom l-aħjar bidu meta b’Marco Matijevic f’burdata tajba ħadu vantaġġ ta’ 9 punti fl-ewwel ħames minuti 13-4. Hawn waslet ir-risposta ta’ Luxol li ppareġjaw 13-1 b’punti minn Jeron Belin u Nikola Vasovic. Alan Borg reġa poġġa lil Siġġiewi minn fuq bi trippla biex fi tmiem is-sessjoni huma kienu fuq quddiem 18-15. Luxol ħadu l-vantaġġ fit-tieni sessjoni wara trippli ta’ Lee Ross pero’ Matijevic u Chris Meier reġgħu wieġbu għal Siġġiewi biex tawhom il-vantaġġ. Luxol marru minn fuq b’iktar punti minn Belin, Ross u Jean Paul Bonnici pero’ Borg għamel it-tieni trippla tiegħu u sa’ l-intervall kien hemm parita ta’ 35-35.

Iż-żewġ timijiet baqgħu viċin xulxin fil-ftuħ tat-tielet perjodu tant li fit-tielet minuta l-iskor kien għadu f’parita 41-41. Siġġiewi għamlu sitt punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Eman Xuereb fil-waqt li għal Luxol kien Belin l-iktar attiv. Punti minn Marco Mercieca raw lil Luxol jersqu 3 punti l-bogħod 48-51 pero’ basket ta’ Meier u trippla ta’ Matijevic wasslu biex Siġġiewi bdew ir-raba’ u l-aħħar sessjoni 6 minn fuq 57-51. Huma bdew l-aħħar sessjoni bi break qawwi ta’ 20-3 biex ħadu l-partita f’idejhom. Ross u Bonnici bi trippla wieġbu għal Luxol pero’ Siġġiewi komplew iżidu l-vantaġġ permezz ta’ Meier u Xuereb biex ħarġu rebbieħa 91-69.

 

Siġġiewi: R. Agius, A. Cutajar, L. Camilleri, E. Xuereb 16, L. Grima, A. Borg 12, K. Borg 3, C. Meier 28, C. Codomaris, M. Matijevic 32.

Bupa Luxol:  CJ Cordina 2, M. Mercieca 3, J. Belin 29, L. Ross 19, A. Costa, N. Vasovic 6, T. Paris 2, M. A. Montalto, E. C. Montaldo, JP Bonnici 8, S. Capello.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Emanuel Mangani.

 

A to Z Electronics Athleta 47

Depiro 70

(10-17)(13-16)(16-16)(8-21)

 

Depiro kisbu t-tieni rebħa knosekuttiva taħt it-tmexxija l-ġdida ta’ Mario Tabone u din id-darba għelbu lic-champions A to Z Electronics Athleta 70-47 f’partita li ddominaw fil-waqt li Athleta kienu biss id-dell tal-Athleta ta’ l-aħħar partiti. Depiro setgħu finalment jinkludu fl-iskwadra lil Nigel Sultana li skonta s-sospensjoni tiegħu fil-waqt li l-aħwa Dirk u Steve Schembri rritornaw għall-Athleta. Athleta fetħu l-partita b’żewġ trippli minn Kristin Baldacchino u Omar Said pero’ Depiro mal-ħin bdew iwieġbu tant li għamlu run ta’ 15-2 fosthom trippla ta’ Andrew Aquilina biex temmew is-sessjoni 17-10 minn fuq. Fil-bidu tat-tieni sessjoni kien hemm logħob konfuż fuq iż-żewġ naħat pero mbagħad Depiro għamlu run oħra ta’ 10-2 biex fit-tmien minuta kienu 33-17 minn fuq. Athleta wieġbu bi tlett baskets biex sa’ l-intervall naqqsu d-distakk għal 10 punti 23-33.

Fit-tielet sessjoni kien hemm tentattiv ta’ rimonta mic-champions wara basket u trippla ta’ Michael Naudi. Minkejja li Roderick Vella baqa’ jagħmel il-punti għal Depiro, kienu l-Athleta li bil-baskets ta’ Marco Todorovic naqqsu d-distakk għal 4 punti 37-41. Depiro rkupraw minn dan il-mument diffiċli u għalqu s-sessjoni bi break ta’ 8-2 biex temmew is-sessjoni 10 minn fuq 49-39. Athleta fetħu r-raba’ perjodu bil-freethtrows pero’ hawn bdew ġejjin it-trippli ta’ Vella f’run qawwija ta’ 16-3 minn Depiro. Il-vantaġġ issa kiber għal 20 punt 65-45 u kien impossibli għall-Athleta li jirkupraw biex tilfu l-imbattibilita fil-kampjonat fuq skor finali ta’ 70-47 għal Depiro.

 

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 11, D. Bugeja 2, M. Todorovic 13, M. Giusti, O. Said 5, D. Schembri 4, A. Bonnici 6, K. Baldacchino 3, S. Schembri 3.

Depiro: R. Vella 18, JP Schembri, N. Sultana 11, A. Aquilina 11, A. Portelli 2, A. Micallef 10, E. Lupo, M. Mallia, I. Tanti 3, G. Hamlin 16.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Emanuel Mangani.

 

 

Klassifika Kampjonat MSV Life Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
A to Z Electronics Athleta

7

6

1

13

501

388

Floriana Francesco Fenech

7

4

3

11

477

482

Depiro

7

4

3

11

455

452

Siġġiewi

7

3

4

10

507

501

Bupa Luxol

7

3

4

10

489

555

Tata Motors Loyola

7

1

6

8

464

515

 





4 Comments

  1. Karl Borg says:

    Miflok toqghodu tparlaw fil vojt mhux ahjar min flok inmaqdru… naraw kif se nsahhu l basketball malti. U by the way uru isimkom ta veru…..

    [Reply]

  2. NEUTRALI TA QALI says:

    Sur Louis, L-Emperatur jamel l-irid ghax bis sahha tieghu hemm il P.C. il gdid.

    [Reply]

    louis mizzi Reply:

    P.C. = Puppets and Clowns all controlled by the one and only l- Emperatur.

    [Reply]

  3. louis mizzi says:

    weekend tal genn…………….loyola jilabu b tim fil forma u amerikan go wheelchair, dejjem vicin xi rebha imma bil kowc li hemm se jibqa l ahhar post. waste of money Sur Cuchieri wake up . Siggiewi u Sliema well done. you kept Luxol out of the playoffs till now. Pay back time to Luxol arragance and 2010/11 leauge which we will never forget. Jonny u Fredu tal loyola can go hand in hand. One shouts his head off and the other put his head in the ramel like an ostrich. The Emperatur jkompli jidomina fl ewwel divisjoni.

    [Reply]

Leave a comment