- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Depiro Champions taħt is-sittax –il sena tat-tfajliet

Posted By sportinmalta1 On April 2, 2014 @ 10:08 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL U/16 NISA – FINALI

minn Colin Schembri

Luxol 40

Depiro 43

(8-9)(11-16)(10-10)(11-8)

Depiro rebħu l-kampjonat ta’ taħt is-sittax –il sena tat-tfajliet meta wara finali kumbattuta għelbu lil Luxol 40-43. Matul l-istaġun regolari, ż-żewġ timijet spiċċaw bi tlettax –il rebħa u telfa kull wieħed kontra xulxin. Fis-semifinali, Luxol taħt it-tmexxija ta’ Moira Caruana għelbu lil Athleta 85-26 fil-waqt li Depiro mmexxija minn Samantha Brincat kellhom semi-finali missielta kontra Starlites li rebħu b’distakk ta’ basket 34-32. Iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom tul il-partita u l-partita baqgħet miftuħa sal-aħħar sekondi. Kienu Luxol li ħadu l-ewwel vantaġġ wara żewġ baskets kull waħda minn Noelene Vella u Oceane Visser u marru 8-1 minn fuq. Ir-reazzjoni ta’ Depiro ġiet bi break ta’ 8-0 fejn Raisa Calleja kellha żewġ baskets flimkien ma’ Nicole Agius u Mante Balzaravicuite biex Depiro temmew is-sessjoni 9-8 minn fuq. Fit-tieni taqsima Balzaravicuite kellha erba’ punti oħra biex Depiro kabbru l-vantaġġ 13-8. Luxol wieġbu b’żewġ baskets ta’ Kaya Calleja u Petra Pace u wara żewġ punti minn Agius, Luxol reġgħu marru minn fuq b’basket ieħor ta’ Vella 16-15. Hawn Depiro għamlu run sabiħa ta’ 10-0 bil-punti ta’ Balzaravicuite u Agius flimkien ma’ Calleja u fetħu vantaġġ ta’ disa’ punti 25-16. Luxol kellhom il-punti minn Visser u Vella però Depiro daħlu jistrieħu minn fuq 25-19.

Fit-tielet sessjoni Depiro żiedu l-vantaġġ b’basket u trippla ta’ Nicole Agius 30-19. Visser u Calleja wieġbu għal Luxol qabel ma Laura Vella għamlet basket ieħor għal Depiro. Visser u Vella kellhom żewġ baskets oħra għal Luxol flimkien ma’ trippla ta’ Kaya Calleja però Depiro kellhom aktar punti ta’ Vella biex temmew is-sessjoni 35-29 minn fuq. Luxol bdew ir-raba’ sessjoni b’żewġ baskets minn Visser u Vella. Depiro wieġbu b’basket ta’ Calleja iżda Luxol għamlu sitt punti mingħajr risposta u marru minn fuq 39-37. Il-partita saret eċitanti u Depiro reġgħu marru minn fuq 41-39 bil-punti ta’ Laura Vella u Nicole Agius u minkejja li Visser wieġbet għal Luxol, Depiro għalqu l-partita b’basket minn Raisa Calleja u rebħu l-partita 43-40. Fi tmiem il-partita il-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-trofew lil captain ta’ Depiro Nicole Agius fost il-ferħ tal-players, supporters u diriġenti ta’ Depiro.

Luxol: Sofie Abela 2, Christina Borg Millo, Alexia Parnis, Kaya Calleja 9, Noelene Vella 13, Brittany Micallef, Oceane Visser 14, Sharon Curmi, Emma Vincenti, Laura Caruana Montaldo, Petra Pace 2.

Depiro: Nicole Agius 16, Diane Borg, Mante Balzaravicuite 9, Jasmine Mallia, Leanne Agius, Andrea Baluci, Nolene Agius, Raisa Calleja 10, Laura Vella 8, Mariah Micallef, Kirsty Aquilina, Naomi Vella.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/depiro-champions-taht-is-sittax-il-sena-tat-tfajliet/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.