- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Depiro Champions taħt id-dsatax –il sena tal-irġiel

Posted By sportinmalta1 On April 18, 2014 @ 6:13 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL U/19 IRĠIEL– FINALI

minn Colin Schembri

Depiro 81

Hibs 80

(19-21)(14-19)(25-14)(15-19)(8-7)

Depiro għamlu doppjetta fil-kategoriji ta’ taħt id-dsatax –il sena fejn wara li aktar kmieni rebħu l-kampjonat tan-nisa, rebħu wkoll dak tal-irġiel. F’waħda mill-isbaħ partiti tal-istaġun kollhu huma għelbu lil Hibs 81-80 wara l-ħin barrani. Partita stupenda li se tibqa stampata f’moħħ min kien preżenti u li ntlagħbet ukoll fil-preżenza tal-coach nazzjonali Paolo Di Fonzo li seta’ jammira l-wirja li taw dawn iż-żgħażagħ fuq il-court. Depiro marru 7-3 minn fuq wara punti tal-aħwa Zammit Samuel u Timothy b’dan tal-aħħar ikollhu trippla. Għal Hibs kien hemm il-punti ta’ Kurt Cassar u Kieron Caruana flimkien ma’ Luke Farrugia. Cassar u Farrugia għamlu trippla kull wieħed biex poġġew lil Hibs minn fuq 19-15. Depiro kellhom żewġ baskets minn Daniel Farrugia u S. Zammit però Hibs għalqu s-sessjoni b’basket ieħor ta’Farrugia biex temmew il-perjodu minn fuq 21-19. Il-Pawlisti komplew bl-ewwel ħames punti tat-tieni perjodu bi trippla ta’ Simon Attard. Depiro wkoll kellhom trippla minn S. Zammit iżda kienu Hibs li komplew iżidu d-distall wara punti minn Caruana, Cassar u Attard għal skor ta’ 32-22. L-aħwa Zammit wieġbu għal Depiro b’Timothy jkollu trippla iżda Attard ukoll kellhu żewġ three pointers biex fl-intervall Hibs kienu sebgħa minn fuq 40-33.

Fit-tielet perjodu kien hemm three pointer fuq kull naħa qabel ma Depiro għamlu sitt punti mingħajr risposta minn Zammit, Farrugia u Kurt Xuereb. Hibs baqgħu iżommu l-vantaġġ wara trippla ta’ Farrugia però hawn Depiro kellom run ta’ 8-0 biex marru minn fuq. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Attard però Depiro kellhom vantaġġ ta’ 4 punti fi tmiem il-perjodu 58-54. Hibs bdew l-aħħar taqsima bi break ta’ 9-2 b’Caruana jikseb trippla. Depiro ma ċedewx u bil-punti konsekuttivi ta’ Farrugia u basket ta’ Xuereb reġgħu ħadu vantaġġ 68-67. Luke Farrugia poġġa lil Hibs minn fuq u minkejja li Depiro ppareġjaw Caruana fetaħ vantaġġ ta’ 3 punti għal Hibs 73-70. Daniel Farrugia ġab l-iskor indaqs 73-73 u fl-aħħar sekonda l-istess player kellhu l-okkażjoni jagħlaq il-partita però falla l-free-throws biex il-partita marret għal ħin barrani. Hawn kien hawn punti fuq kull naħa kontinwament biex l-eċitament kiber. Depiro għal tlett darbiet ħadu l-vantaġġ bil-baskets ta’ Farrugia u Xuereb b’Hibs jirrispondu permezz ta’ Ryan Carabott u Kurt Cassar. L-istess Cassar poġġijhom 80-79 minn fuq però fl-aħħar attakk fl-aħħar sekondi kien Samuel Zammit li minn offensive rebound għamel il-basket tar-rebħa fuq skor finali ta’ 81-80. Depiro b’hekk temmew il-kampjonat mingħajr telfa u fi tmiem il-partita l-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-trofew tac-champions lil captain ta’ Depiro Alex Psaila fost il-ferħ tad-diversi partitarji ta’ Depiro.

Depiro: Josef Attard, Darrel Schembri, Kurt Xuereb 10, Samuel Zammit 23, Timothy Zammit 18, Nicholas Grech 5, Daniel Farrugia 25, Ryan John Zammit, Alex Psaila, Matthew Borg.

Hibs: Paul Attard, Matthew Formosa, Ryan Cortis, Luke Farrugia 17, Simon Attard 26, Isaac Bonett, Kieron Caruana 10, Isaac Gili, Kurt Sultana, Ryan Carabott 3, Luke Busuttil, Kurt Cassar 24.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Ritratti: MBA Facebook page: https://www.facebook.com/media/set/?set=a.514170458688437.1073741926.113448038760683&type=1

 

Aktar ritratti jinsabu wkoll fil-paġna: https://www.facebook.com/media/set/?set=a.1415454258716444.1073741833.1401878946740642&type=1


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/depiro-champions-taht-id-dsatax-il-sena-tal-irgiel/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.