Depiro b’rebħa mportanti u l-ewwel rebħa ta’ Starlites

Monday, December 9, 2019, 16:37

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Depiro 84

Hibernians 82

(18-19)(24-30)(22-12)(20-21)

Depiro kisbu rebħa mportanti għal-klassifika u għal post fil-playoffs

Ritratt: Wally Galea

meta għelbu lil Hibernians 84-82 fl-isbaħ partita tal-ġurnata. Partita li rat lil Hibs jibdew tajjeb u jżommu vantaġġ sal-intervall bid-Depiro jaqilbu r-riżultat wara l-mistrieħ u ħallew lill-Pawlisi jiġru warajh sal-aħħar sekondi. Hibs għadhom mingħajr William Ahlberg fil-waqt li Depiro kienu bil-formazzjoni kompluta tagħhom. Players li daħlu minn fuq il-bank bħal Miguel Brincat u Adam Chomo kellhom sehem importanti biex Depiro ħadu t-tieni rebħa tal-kampjonat. Kurt Xuereb kellhu bidu tajjeb u kienu hu li fetaħ il-partita bi trippla qabel ma Hibs kellhom risposta b’run ta’ 9-1 bl-ewwel punti ta’ Ivan Demcesen u trippla ta’ David Bugeja. Depiro wieġbu permezz ta’ Quin Cooper, Michael Naudi u Marco Todorovic u marru punt minn fuq iżda baskets ta’ Bugeja u Marco Matijevic raw lil Hibs itemmu s-sessjoni fuq quddiem 19-18. Fit-tieni taqsima Hibs fetħu b’run oħra ta’ 10-2 bi trippli ta’ Matijevic u Luke Farrugia biex feħu vantaġġ massimu ta’ 9 punti 29-20. Depiro wieġbu bi trippla ta’ Brincat u l-punti ta’ Xuereb biex reġgħu naqqsu d-distakk u hekk kif l-Amerikan Cooper beda jsib il-basket b’mod regolari, huma rnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs 38-38. Lejn it-tmiem, trippla ta’ Bugeja bdiet run oħra ta’ 7-0 minn Hibs li rathom jidħlu jistrieħu 49-42 minn fuq.

Wara l-intervall, Depiro komplew jiġru wara r-riżultat bil-punti ta’ Cooper u Todorovic però trippla ta’ Nikola Vasovic ħalliet lil Hibs 56-51 minn fuq. Hawn però Depiro rnexxielhom jagħmlu run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Cooper biex dawwru r-riżultat favurhom u żammew il-vantaġġ sa’ tmiem is-sessjoni 64-61. Fl-aħħar taqsima l-partita sbieħet ferm biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxinu l-vantaġġ jibdel l-idejn għal diversi drabi. Depiro kellhom il-punti mportanti ta’ Chomo li kellhu wkoll trippla però Hibs komplew jirrispondu minn Demcesen u Bugeja. Trippla ta’ Brincat u basket ta’ Chomo raw lil Depiro jiftħu vantaġġ ta’ 4 punti fl-aħħar minuta u minkejja li Hibs tħabtu kemm felħu, Depiro rnexxielhom iżommu l-vantaġġ sat-tmiem u rebħu l-partita 84-82.

Depiro: M. Todorovic 8, Q. Cooper 31, M. Naudi 4, D. Farrugia 2, N. Grech, O. Said, K. Xuereb 18, M. Borg, M. Brincat 6, J. Attard, A. Chomo 15, A. Attard.

 

Hibernians: P. Attard, D. Bugeja 20, K. Caruana, L. Farrugia 5, I. Bonnett, N. Vasovic 14, A. Axiaq 2, M. Matijevic 14, M. Attard, C. Rowe 8, I. Demcesen 14.

Referees: Ivica Simic, Luke Camilleri, Zvezdan Dobrosaviljevic

Luxol 83

 

Starlites GIG 91

(30-25)(15-28)(15-17)(23-21)

F’partita bejn żewġ timijiet li kienu għadhom mingħajr rebħa wara żewġ partiti tal-kampjonat, kienu Starlites GIG li ħadu r-rebħa fuq Luxol 93-81 biex avvanzaw fil-klassifika. Luxol żammew il-pass mal-avversarji però n-nuqqas t’esperjenza nħass speċjalment wara li tilfu lil Stefan Cappello li tkeċċa għal protesti wara li daħla tal-Amerikan ta’ Starlites Jeremy Marseille ma ġietx innutata mill-ebda uffiċjal minn tlieta. Luxol għamlu l-ewwel punti tal-partita minn Vukassin Jandric u Keith Dimech. Starlites wieġbu permezz tal-Amerikan Konor Kulas li kien fi klassi għalih speċjalment fl-ewwel żewġ taqsimiet. Luxol kellhhom żewġ trippli minn Jean Paul Schembri flimkien mal-punti ta’ Dimech biex fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti 22-15. Schembri u Jandric komplew imexxu l-attakk tal-Luxol u għalkemm Starlites kellhom aktar punti ta’ Kulas u trippla ta’ Matthew Scerri, Luxol temmew l-ewwel sessjoni 30-25 minn fuq. Starlites kellhom l-aqwa bidu tat-tieni perjodu meta għamlu run ta’ 12-0 bi trippli ta’ Scerri u Robert Bonnici. Luxol irrispondew bi three pointer ta’ Francesco Mifsud Bonnici qabel ma wasal l-episodju tat-tkeċċija ta’ Cappello. Starlites b’sensiela ta’ free-throws u punti ta’ Kulas bdew bil-mod jitilqu fuq quddiem għalkemm Jandric baqa’ jitħabat għal Luxol biex fl-intervall id-distakk kien ta’ 8 punti bi Starlites fuq quddiem 53-45.

Fit-tielet taqsima, Starlites komplew iżidu l-vantaġġ b’aktar trippli ta’ Scerri u Bonnici għalkemm Luxol ukoll kellhom risposta speċjalment minn Dimech li kellhu żewġ three pointers. Kien hemm ukoll trippla ta’ Alec Felice Pace qabel ma’ Luxol għalqu s-sessjoni bil-punti ta’ Jandric u Isaac Pace għal skor ta’ 70-60. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni kien hemm punti fuq kull naħa biex id-distakk ma nbiedilx. Hawn Starlites għaqqdu run ta’ 12-4 biex saħħew il-vantaġġ u l-coach Paul Ferrante daħħal lil players żgħażagħ fuq il-court bil-Luxol jagħmlu break ta’ 9-0 però Starlites xorta ħarġu rebbieħa 91-83.

Luxol: J. Cefai 3, V. Jandric 30, P. Englebert, K. Gauchi, F. Mifsud Bonnici 9, JP Schembri 20, K. Dimech 15  , I. Pace 4, L. Trapani, S. Cappello 2.

 

Starlites GIG: A. Felice Pace 7, R. Bonnici 13, I. Felice Pace, M. Fabri, M. Falzon 9, M. Scerri 9, R. Carabott 5, K. Kulas 37, J. Marseille 20.

Referees: Kamil Dworniczak, Sejmir Jafilika, Ivica Simic.





Leave a comment