Depiro bit-tieni rebħa konsekuttiva u Athleta jeleminaw lil Starlites

Monday, October 24, 2016, 20:30

St. James Hospital Shiled – Nisa

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 50

Depiro 52

(12-13)(11-15)(12-12)(15-12)

Depiro kisbu post fil-finali tas-St. James Hospital Shield meta għelbu lil Caffè Moak Luxol 52-50. Luxol kienu mingħajr Steffi De Martino u għada nieqsa wkoll Beverlee Zammit. Luxol kellhom l-aħjar bidu u marru fuq quddiem bil-punti ta’ Christina Curmi. Trippla ta’ Sam Brincat bdiet run ta’ 9-4 minn Depiro li rnexxielhom idawwru l-iskor favur tagħhom 13-12. Fit-tieni perjodu, Depiro baqgħu fuq quddiem minkejja trippla ta’ Sarah Pace għac-champions. Depiro kellhom il-punti ta’ Shameeka Murray u Maria Bonett biex daħlu jistrieħu 28-23minn fuq.

Wara l-intervall, Depiro żiedu l-vantaġġ wara trippla ta’ Gaby Mifsud. Hawn Luxol wettqu reazzjoni tajba speċjalment bil-punti ta’ Curmi u għamlu run ta’ 10-0 biex marru basket minn fuq. Depiro ġew lura u Mifsud kellha trippla oħra flimkien ma’ Tina De Martino biex temmew it-taqsima ħamsa minn fuq 40-35. L-aħħar taqsima bdiet b’aktar punti minn Depiro qabel ma Paula Ellul kellha żewġ trippli għal Luxol. Ic-champions komplew b’aktar punti ta’ Curmi f’run ta’ 7-0 biex marru minn fuq. Claudia Camilleri għamlet l-iskor indaqs u fl-attakk suċċesiv issaraf fi trippla ta’ Bonett biex Depiro ħadu l-vantaġġ u din id-darba żammewh sat-tmiem biex ħarġu rebbieħa 52-50.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 5, M. Mercieca 5, M. Darmanin 2, I. Baena Medina, C. Sollami, K. Calleja, K. Portelli, A. Calleja, P. Ellul 13, N. Vella, L. Lessard 10, C. Curmi 16.

Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 12, N. Agius 2, S. Brincat 6, M. Bonett 13, C. Camilleri 1, S. Murray 6, M. Scicluna, T. De Martino 12, C. Ciantar.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Christine Farrugia.

 

Gżira Athleta 66

Starlites 55

(14-9)(16-16)(20-13)(16-17)

Gżira Athleta kisbu r-rebħa li kellhom bżonn kontra Starlites biex issa jiltaqgħu kontra Caffè Moak Luxol fl-aħħar semi-finali tas-St. James Hospital Shield. Athleta fetħu tajjeb bil-punti ta’ Amelia Simmons u Denise Said Hollier biex marru 12-2 minn fuq. Starlites wieġbu b’żewġ three pointers ta’ Patricia Arguello biex naqqsu d-distakk sa’ tmiem l-ewwel sessjoni 14-9. Fit-tieni taqsima, Athleta kellhom il-punti ta’ Christina Grima però Starlites kellhom aktar trippli minn Arguello flimkien ma’ Kristy Galea biex marru fuq quddiem 21-18. Id-dħul ta’ Antoinette Borg kien strumentali hekk kif hi kisbet 8 punti konsekuttivi fosthom żewġ three pointers biex Athleta daħlu jistrieħu 30-25 minn fuq.

Wara l-mistrieħ, Starlites fetħu bir-raba’ trippla ta’ Arguello però hawn Athleta kellhom run tajba ta’ 15-2 b’aktar trippli minn Grima u Borg biex fetħu vantaġġ ta’ 15 –il punt. Starlites irnexxielhom inaqqsu d-distakk għal darb’oħra bil-punti ta’ Galea għal skor ta’ 50-38. Fl-aħħar taqsima, Startlites tħabtu biex jerġgħu jidħlu fil-partita bi break qasir ta’ 7-2. Simmons u Grima wieġbu għall-Athleta li baqgħu jikkontrollaw l-isforzi ta’ Starlites biex rebħu l-partita 66-55.

Gżira Athleta: M. Stefanovic 5, C. Grima 13, M. Pollacco, S. Pisani, L. Sciberras 2, A. Simmons 23, D. Said Hollier 6, A. Borg 14, J. Schembri, S. Vella 3, E. Pace, C. Mifsud.

Starlites: D. Agius 6, K. Galea 8, J. Doughty, S. Tabone 2, K. Pirotta 5, J. Micallef 2, J. Grima 5, P. Arguello 20, E. Magrin, S. Davies 7.

Referees: Stephen Micallef, Jennifer Mangani.





Leave a comment