Demajo jħabbar ir-riformi fil-Kampjonat nhar l-Erbgħa

Monday, November 1, 2010, 13:38

Il-Ħadd 31 ta’ Ottubru, 2010 waqt ir-rokna X’Qed Jinħema tal-programm popolari Kontrattakk fuq TVM tħabbar dan li ġej:

Demajo jħabbar ir-riformi fil-Kampjonat nhar l-Erbgħa:

Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo mistenni jħabbar ir-riformi l-ġodda tal-Kampjonat Malti nhar l-Erbgħa li ġej f’Konferenza tal-aħbarijiet li mistenni jagħti fejn fl-istess attivita’ se jittellgħu l-poloz tal-U Bet FA Trophy ta’ dan l-istaġun. Wara diversi snin ta’ stennija jidher li issa sa fl-aħħar il-Clubs qablu biex tinbidel l-istruttura tal-Kampjonat. Nisperaw li d-dettalji li se jingħataw nhar l-Erbgħa li ġej ikunu ċari u fattwali u mhux ikollna xi stqarrija oħra l-għada tal-konferenza stampa mill-MFA biex tikkjarifika xi affarijiet li jkunu ingħataw dettalji dwarhom ħżiena kif ġara fil-każ tal-konferenza stampa tal-prezzijiet riveduti tal-biljetti fejn l-MFA għamlet U-TURN mill-lejl għan-nhar.

Problemi fil-VIP fit-Tedesco Stadium : Dan il-weekend stajna nassistu għall-istruzzjonijiet ġodda fil-VIP area tal-Victor Tedesco Stadium hekk kif issa l-ebda pesuna ma tista’ toqgħod bil-wieqfa wara s-siġġijiet tal-VIP. Dawn l-istruzzjonijiet jidher li ttieħdu ‘il fuq mill-amministazzjoni tal-Ground fejn jidher li kienet deċiżjoni tal-ogħla uffiċjali tal-MFA biex ma jitħallewx nies bil-wieqfa jew oħrajn jitlajjaw mal-fetħa li hemm fil-VIP. Stajna ninnotaw li diversi Presidenti tal-Clubs u uffiċjali oħra ġew impoġġija bil-qegħda anke fuq in-naħa t’isfel tal-VIP fejn il-vista tagħhom kienet mgħottija mill-ħadid tal-perimetru tal-ground. Jidher li din id-deċiżjoni ittieħdet wara xi battibekki li nqalgħu il-Ġimgħa filgħaxija lejn l-aħħar tal-partita Birkirkara vs HamrunS.

Sliema jfittxu Assistant Coach:Minn informazzjoni li waslet fl-uffiċju ta’ Kontrattakk jidher li Steve Abela l-President ta’ Sliema għadu mhux issetjat dan l-istaġun. Għadu mhux issetjat mhux biss biex jaġġusta b’xi player jew xi akkwist ieħor iżda wkoll għadu mhux issetjat mil-lat tekniku hekk kif qed jipprova jfittex Assistant coach. Iva jidher li dan qed isir bi ftehim mal-coach attwali Mark Marlow li anke hu jixtieq li jkollu lil xi ħadd jassistieh matul dan l-istaġun. Kienu ħafna fi ħdan il-kumitat ta’ Sliema li fajjru diversi ismijiet bil-għan li jippruvaw jaqtgħu lil min għandu f’moħħu Steve Abela iżda illum se niżvelaw l-isem ta’ min avviċina Abela f’dan l-aħħar ġimgħat. L-isem ta’ dan il-coach li ġie avviċinat mhu ħadd ħlief Alfred Attard li bħalissa jinsab jikkowċja lil St.Patrick fit-Tieni Diviżjoni. Attard li kien diġa Assistant coach ta’ Sliema fiż-żmien ma’ Stephen Azzopardi iżda dawn it-tnejn kien kellhom argumanet serju ta’ konfrontazzjoni bejniethom u kien irriżenja Attard.Jidher li Attard ma aċċettax din l-offerta ta’ Sliema iżda mhux eskluż li jaħsibha fil-ġimgħat li ġejjin.

Zack Muscat bi prova mal-iSpurs: Il-player żgħażugħ ta’ 17–il sena Zack Muscat li jilgħab mal-Youth u anke mal-First team ta’ Pieta’ wasal Malta il-Ħadd filgħaxija minn trial mat-team tal-Youths ta’ Totenham Hotspur. Muscat hu wieħed mill-promessi tal-futur tal-football Malti u lest u determinat li hekk kif jiġi ċ-ċans għall-opportunita barra minn Malta jeħodha biex ikompli fil-karriera ta’player professjonali. 

In-Nazzjonal tal-Futsal għal-Libja: It-Team Nazzjonali tal-Futsal immexxi minn Vic Hermans iktar kmieni il-Ħadd 31 t’ Ottubru fis-6pm  ħalla Malta lejn il-Libja biex jipparteċipa fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tal-Mediterran tal-Futsal. It-team Malti se jilgħab kontra l-Bosnja, Ċipru u t-Tuneżija. Fit-team se jkunu nieqsa diversi players fosthom Jonathan Magri Overand, Brian Baldacchino, James Ciangura, Clint Cope fost l-ohrajn dawn ma telgħux man-Nazzjonal mhux għaliex huma injured iżda minhabba l-fatt li ma rranġawx max-xogħol personali tagħhom biex jieħdu l-leave.





1 Comment

  1. Richard Chetcuti says:

    Weldone to this nice website plus to congratulate the new President and now we know what does MFA means. Congratulations to all

    [Reply]

Leave a comment