Delegazzjoni tal-Kumitat Olimpiku Malti f’diskussjonijiet mal-Ministru tas-Saħħa

Thursday, May 21, 2020, 22:25
Delegazzjoni mill-Maltese Olympic Committee, magħmula mis-Sur Julian Pace Bonello, is-Sur Joseph Cassar, is-Sur Ivan Balzan, Dr Lucienne Attard, Dr Kirill Micallef Stafrace u s-Sur Pawlu Sultana, ilbieraħ kellhom laqgħa mal-Onor. Dr Chris Fearne, Prof Charmaine Gauci, l-Onor. Dr Clifton Grima, Dr Chris Bonett u s-Sur Jeremy Dalli. L-enfasi tal-laqgħa kienet l-istrateġija biex jinfetaħ aċċess għat-taħriġ fl-isport.
Il-President tal-KOM, is-Sur Julian Pace Bonello rringrazzja lid-Deputat Prim Ministru u l-kollegi tiegħu għall-mod eċċellenti li bih kienu qed iwettqu l-miżuri biex titrażżan it-tixrid tal-Virus
Covid-19. Huwa kompla jagħti ħarsa ġenerali ta’ dak il-KOM għamel s’issa mal-Federazzjonijiet Nazzjonali dwar dan is-suġġett u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom dwar kif jibdew l-atleti tagħhom jirritornaw għat-taħriġ fl-ambjent sportiv xieraq tagħhom.
Huwa kkonferma wkoll li l-istrateġija adottata sal-lum, kienet totalment konformi marrakkomandazzjonijiet tal-KOM stess, li jibdew bl-isports individwali prattikati fil-beraħ u ta’ natura
mhux ta’ kuntatt.
Id-Direttur tal-Isport, is-Sur Ivan Balzan ippreżenta dossier dettaljat għal ħafna mill-isports. Id-dossier ġie kkumpilat flimkien mal-Federazzjonijiet Nazzjonali u kien jinkludi riċerka bir-reqqa dwar kif pajjiżi oħra tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa kienu qed jerġgħu jibdew it-taħriġ tagħhom.
Is-Segretarju Ġenerali tal-KOM Is-Sur Joseph Cassar żied ukoll li l-KOM kien qed jipproponi biss taħriġ għal atleti elite u ma kienx qed jinkoraġġixxi xi tip ta’kompetizzjoni f’dan l-istadju. Huwa rrimarka wkoll li ċertu sport jiġu pprattikati ġewwa postijiet sportivi fejn id-distanza u miżuri oħra
ta’ sigurtà kienu possibbli.
L-Onor Chris Fearne laqa’ dan id-dossier u rringrazzja lill-KOM talli attenda għal din il-laqgħa kif ukoll għall-proposti siewja ppreżentati waqt id-diskussjoni. Fost affarijiet oħra il-KOM ħeġġeġ lill-Gvern biex jiftaħ il-postijiet sportivi fejn jiġi prattikat ċertu sport.
Dr Fearne infurmat li t-tnaqqis tar-restrizzjonijiet jiddependi minn kif l-affarijiet jiżviluppaw filjiem li ġejjin. Sadanittant, linji gwida se jinħarġu dalwaqt għal kull sport partikolari u ħeġġew li l-assoċjazzjonijiet u l-atleti kollha jaderixxu ma’ dawn il-linji gwida sabiex jimminimizzaw ir-riskji tat-tixrid tal-virus.




Leave a comment