Deja’ Vu Johann Said jirriżenja…. għat-tieni darba

Tuesday, September 20, 2011, 7:00

Johann Said kien diġa’ tefa’ r-riżenja tiegħu lejn l-aħħar fażi tal-istaġun li għadda iżda kien irtirha. Dik il-mossa swiet ħafna ta’ ġid qalb il-membri tal-kumitat u anke fost il-partitarji għaliex iktar ingħaqdu warajh u t-tim spiċċa biex temm l-istaġun bir-rebħ tat-Trophy minn fuq Valletta.

Johann Said misteru kbir dwar il-vera raġuni ta' din it-tieni riżenja

Fost il-Furjaniżi hemm minn din l-aħbar ma tantx inkwetatu minħabba li skond huma Said jerġa’ jibdilu u jibdel id-deċiżjoni tiegħu u jirritorna jmexxi l-Greens.

L-inkwiet donnu ma jrid jaqta’ xejn fi ħdan il-kumitat ta’ Floriana hekk kif fi tmiem din il-ġimgħa il-partitarji tal-Greens saru jafu li kien reġa’ rriżenja il-President Said.

Jidher li Johann Said ma’ kellux alternattiva oħra ħlief li jerġa jirriżenja wara li ma kienitx qed tkun faċilitata l-ħidma tiegħu fi ħdan il-Klabb.

Said ma kienx preżenti fl-aħħar żewġ laqgħat għall-partitarji Furjaniżi u kien hemm nies preżenti għal dawn il-laqgħat li diġa’ kienu qed jibżgħu li Said reġgħet qabżitlu ċ-ċinga kif ġralu fil-passat.

 

 

 





1 Comment

  1. DC says:

    JOHANN SAID TWIELED FURJANIZ U MHUX GHAZEL LI JSIR FURJANIZ……………AHNA WARAJK JOHANN U WARA L-KLABB U INT WIEHED MINNHA U GHAL DAQSTANT HA NGHAMLU MIN KOLLOX BIEX INTI TKUN FIT-TMUN TAT-TMEXXIJA TAL-KLABB!!GRAZZI TA’ KOLLOX

    [Reply]

Leave a comment