Deheb u fidda ghal Malta fl-ECSG Ghent 2017

Friday, June 23, 2017, 11:38

L-atleti Maltin Mario Grech u George Vella kisbu rizultati ferm konvincenti fil-European Company Sport Games li qed isiru f’Ghent, il-Belgju, meta llum l-Erbgha fl-ewwel jum ta’ kompetizzjonijiet huma rebhu midalja tad-deheb u tal-fidda rispettivament fl-events ta’ l-atletika li hadu sehem fihom.

Mario Grech iddomina t-tigrija tal-5,000 metru fuq it-track fejn hareg rebbieh f’hin ta’ 16-il minuta u 16-il sekonda punt 02, waqt li George Vella dahal it-tieni fit-tigrija tat-800 metru f’hin ta’ 2 minuta 18-il sekonda punt 52. Ta’ min isemmi li z-zewg atleti Maltin kienu qed jiehdu sehem fil-kategorija ta’ bejn it-30 u d-39 sena.

Il-Malta Employees Sports Association (MESA) qed tiehu sehem ghat-tieni darba f’dan il-loghob organizzat mill-European Federation for Company Sport (EFCS), fejn apparti l-atletika, illum kienu fl-azzjoni wkoll teams tal-Badminton, Bowling u Table Tennis fl-ewwel gurnata ta’ loghob taghhom.

 

Mario Grech on podium receiving Gold Medal
George Vella finishing his race in second place




Leave a comment