Deheb għal Dwayne Zahra u fidda għal Kayden Lagana fl-24edizzjoni tal-JIC Sinjoor Youth Tournament fil-Belġju

Tuesday, October 29, 2019, 13:35

Zahra, li għandu 14-il sena spiċċa l-ewwel fil-kategorija D, filwaqt li Lagana, li għandu 11-il sena spiċċa t-tieni fil-kategorija B fit-tieni waqfa tat-Tour Ewropew taż-żagħżagħ 2019/2020, il-YET.

Zahra kellu bidu b’saħħtu ferm fejn għadda għal finali fit-tielet post, biex kompla tajjeb ħafna u tela’ l-ewwel b’ medja sabiħa ta’ 210, u spiċċa biex għeleb lill-Olandiż Vin van der Loo fuq żewġ logħbiet 445-428.

Fi Grupp B, Lagana għadda għall-finali fit-tielet post, fejn kellu jegħleb lil Andrii Gadiatski 183-161 biex b’hekk lagħab kontra l-plejer b’saħħtu mid-Danimarka Tobias Kastfelt.  Lagana kien fuq quddiem b’pin wieħed biss wara l-ewwel logħba, iżda serje ta’ splits fissru li tilef ma’ Tobias b’25 pin u spiċċa fit-tieni post.

Zahra u Lagana kienu parti minn 10 żagħżagħ Maltin li hadu sehem fost kważi 400 plejer mill-Ewropa kollha. Dawn kienu Juliana Bonanno, Sara Xuereb, Kathryn Fenech, Philip Grupetta, Matthew Magro, Miguel Xuereb, Edward Xuereb u Chris Fenech.  Ta’ min isemmi l-loghob ta’ Magro, li m’għaddiex għal finali b’distakk ta 12 il-pin biss, kif ukoll lil Miguel Xuereb, li lagħab ukoll logħba għolja ta’ 277 biex għadda għall-finali u spiċċa fis-sitt post f’kategorija E.





Leave a comment