Decider: Iż-żewġ settijiet ta’ partitarji fl-Enclosure

Tuesday, May 7, 2013, 17:24

Il-Malta Football Association tavża li l-partita ‘decider’ għar-rebħ tal-kampjonat BOV Premier bejn Birkirkara FC u Hibernians FC se tintlagħab is-Sibt 11 ta’ Mejju 2013, fis-6.00pm, fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali.

L-Istadium Nazzjonali se jiftaħ fl-4.30pm u l-allokazzjoni tal-partitarji se tkun hekk:
Birkirkara FC – West A u North Stand
Hibernians FC – West C u South Stand
Partitarji newtrali – Millennium D

L-MFA tavża li t-ticket booths li se jinfetħu fil-ġurnata se jkunu:
West A (għall-bejgħ tal-biljetti fin-North Stand biss)
West C (għall-bejgħ tal-biljetti fis-South Stand biss)
Millennium D (għall-bejgħ tal-biljetti fil-Millennium D biss)

Il-biljetti fil-West A (Birkirkara FC) u fil-West C (Hibernians FC) se jinbiegħu direttament mill-klabbs rispettivi sas-Sibt fl-12.00pm.

Il-cards elettroniċi ‘Orange Cards’ u l-‘White Cards’ ta’ Birkirkara FC u Hibernians FC huma eliġġibli li jintużaw fil-ġurnata.

Dawn l-arranġamenti saru bi qbil bejn il-Pulizija ta’ Malta, l-MFA u l-klabbs rispettivi.

L-MFA tavża li l-partitarji ta’ Birkirkara FC għandhom jidħlu minn naħa tal-Mosta u jipparkjaw il-vetturi tagħhom fil-West Parking (Enclosure). Il-partitarji ta’ Hibernians FC għandhom jidħlu min-naħa tar-Rabat u jipparkjaw il-vetturi tagħhom lejn in-naħat tal-Park Nazzjonali.

L-MFA tawgura festa ta’ futbol sabiħa milgħuba fi spirtu sportiv u tħeġġeġ lill-partitarji biex fil-ġurnata tal-partita jimxu mal-istruzzjonijiet tal-Pulizija ta’ Malta.

 

X’taħsbu dwar din id-deċizjoni ? Allura l-partitarji beltin huma perikoluzi ? Kif ma tqassmux Enclusore u Millenium side kif tqassmu l-partitarji fil-konfront Birkirkara v Valletta ?





1 Comment

  1. JM says:

    Ehe l partit arja beltin m’ghandhomx min nies, full sport li jkunu ftit kompetittivi jiggieled, jkissru u kliem hazin galore

    [Reply]

Leave a comment