Decider it-Tlieta u l-aħħar waħda għas-Segretarju tal-Blues

Tuesday, May 25, 2010, 19:37

Il-partita Decider għat-Tielet Post tal-BOV Premier League bejn Qormi u Sliema Wanderers ser tintlagħab nhar it-Tlieta, 1 ta’ Ġunju, 2010, fis-7.30pm fl-Istadium Nazzjonali, Ta’ Qali. Dan ġie kkomunikat uffiċjalment mill-MFA. Din se tkun l-aħħar tama sabiex Sliema jiġbru ġieħhom fi tmiem dan l-istaġun roller coaster.

Rebħa f’din il-logħba tkun iddedikata żgur lis-Segretarju ta’ Sliema Wanderes Mario Debono li ddeċida li ma jkompliex f’dan ir-rwol mal-Club minħabba prijoritajiet ta’ natura familjari. Mario Debono kien wieħed mill-iktar Segretarji u amministraturi organizzati u dedikati f’dawn l-aħħar snin fil-football lokali.





2 Comments

  1. valletta says:

    @ blues oqodu laqtu l ghadam li halejna ahna buhahahha

    [Reply]

  2. walter says:

    come on blues .eja fgieh l arma li igorru . hekk hu ha nitilfu segretarju tal genn .grazzi ta kull ma amilt ghal klabb slimiz mario

    [Reply]

Leave a comment