Debono u Bezzina b’rebħa komda fil- Eurosport Birkirkara St. Joseph 5k Road Running Series

Saturday, August 19, 2017, 14:39

It-tielet u l-aħħar tellieqa tal- Eurosport Birkirkara St. Joseph 5k Road Running Series, li saru fuq il- By Pass tal-Imtarfa, seħħet nhar l-Erbgħa 16 ta’ Awwissu f’temp sħun w umdu. Madankollu dawn il-kundizzjonijiet ma waqfux lil-mija u ħamsa u għoxrin atleta milli jieħdu sehem.  Is-Serje fil-fatt reġistrat żieda fil-popolarità tagħha.

L-atleti Charlton Debono u Lisa Marie Bezzina affermaw il-pożizzjoni tagħhom bħala uħud mill-aqwa atleti ta’ Malta, meta kisbu tliet rebħiet suċċessivi, u żammew it-titli li rebħu s-sena li għaddiet. Fiż-żewġ kategoriji, Debono u Bezzina kellhom rebħiet b’distakk komdu fuq atletli oħra.

Fil-kategorija ta ‘l-Irġiel, ingħaqdu fuq il-podju ma’Debono, l-atleti Stephen Azzopardi u Shaun Galea, dan tal-aħħar issielet ma’ Matthew Cutajar għat-tielet post fil-klassifikazzjoni ġenerali. Cutajar deher fl-ewwel podju ta ‘l-ewwel tellieqa, iżda kien Galea li wera titjib fil-ħinjiet tiegħu sabiex jieħu post Cutajar.

Celine Pace,  wiċċ ġdid għas-Serje, iżda li għanda esperjenza fl-atletika fit- track, dehret regolarment fuq il-podju. Pace  kisbet it-tieni post globali filwaqt li Francesca Arrigo kisbet it-tielet post. Arrigo, li għanda esperjenza sostanzjali f’dawn it-tip ta’tlielaq kellha kompetizzjoni kemm xejn iebsa minn atleti bħal Gianella Bugeja, Hannah Pace u Joelle Cortis.

It-trofej għas-serje ġenerali ġew ippreżentati lill-ewwel tliet atleti rġiel u nisa kif ukoll ir-rebbieħa tal-gruppi tal-eta.

Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali tal-Birkirkara St. Joseph Sports Club innota li “Għalkemm is-sajf huwa ġeneralment meqjus barra mill-istaġun għal ħafna atleti, il-popolarità tal-Eurosport Birkirkara St. Joseph 5k Road Running Series ċertament mhijiex qed tonqos u rajna żieda fil-parteċipazzjoni. Il-Klabb din is-sena introduċa ċ-ċipps elettroniċi sabiex jigu registrati il-ħinijiet. Dan niżel tajjeb ħafna mill-atleti u wkoll ippermetta lill-ispettaturi biex jaraw ir-riżultati f’ħin reali “.

L-impenji atletiċi tal-Klabb se jkomplu fl-24, il-25 u s-26 ta ‘Novembru meta sseħħ s-seba u għoxrin edizzjoni tal-Eurosport Malta International Challenge Marathon u jitkomplew nhar it-13 ta ‘Diċembru bil- Eurosport Fleur-de-Lys 10k u 5k Road Races.

Aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Klabb jinstabu fuq www.bkarastjoseph.com





Leave a comment