Day 2:Rebħiet kbar u interessanti fil-Gatorade Futsal League

Friday, December 11, 2015, 17:54

Gavin Muscat

Luxol u Ħamrun komplew bil-mixja pożittiva tagħhom hekk kif kellhom rebħiet kbar kontra Sirens u Marsaskala rispettivament.

Bħalma ġralhom kontra Valletta, Sirens kellhom isofru telfa kbira oħra u din id-darba ta’ 13-0 kontra Luxol. Minkejja li l-gowlkiper ta’ Sirens Alejandro Garcia Melero (eks Birmingham Tigers) wettaq saves tajbin, Luxol xorta rnexxielhom isibu x-xibka ħames darbiet fl-ewwel taqsima permezz ta’ Mark Zammit, Carl Azzopardi, Zvezdan Vikovic, William Barbosa u Glenn Bonello.

Fit-tieni taqsima Luxol ġabu fix-xejn lil Sirens, hekk kif Barbosa skurja ħames gowls oħra personali. Doppjetta ta’ Florin Anton, gowl ieħor ta’ Glenn Bonello u gowl ta’ Peter Pullicino għamlu l-iskor finali ta’ 13-0.

——

L-uniku gowl ta’ Steve Gambin u l-isforzi sal-aħħar ta’ Marsaskala ma’ kinux biżżejjed biex iwaqqfu r-rebħa kbira Ħamruniża.

Ħames gowls ta’ Raphael Felipe Ortiz de Oliveira, erba’ gowls ta’ George Frendo, tripletta ta’ Rodrigo Ticz Patricio, gowls kull wieħed għal Michel Melo Jose u Jason Mifsud flimkien ma’ awtogowl ta’ Nikolay Filipov għamlu l-iskor finali ta’ 15-1 għal Ħamruniżi.

——

Valletta wkoll baqgħu jżommu ir-ritmu tajjeb tagħhom meta għelbu lill-Imqabba bl-iskor ta’ 7-2.

——

Lija Athletic, li wkoll qed jitħabtu biex ikunu mal-aqwa sitta, kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 6-1.

——

F’aktar logħbiet, l-istudenti universitarji ta’ Mdina Knights kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-Gatorade Futsal League meta għelbu lil Qrendi bl-iskor ta’ 8-5.

——

L-Ispanjoli Dolara u Perez bejniethom skurjaw ħames gowls, li bihom Żebbuġ Rangers ħadu l-ewwel rebħa tal-kampjonat, bl-iskor ta’ 7-5 fuq Swieqi.

——

Msida SJ mingħajr diffikulta ħadu huma wkoll it-tieni rebħa meta għelbu lil Gozo bl-iskor ta’ 5-1.

Klassifika:

Luxol, Ħamrun, Valletta, Msida u Mdina għandhom 6 punti.

Lija, Swieqi, Mqabba u Żebbuġ għandhom 3 punti.

Qrendi, Gozo, Sliema, Marsaskala u Sirens għadhom bla punti.

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Gallery

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–





Leave a comment