David Agius jirribatti

Tuesday, May 3, 2011, 21:43

minn Cristian Muscat

Hekk kif fl-aħħar jiem ħafna mil-gazzetti lokali rrapportaw inċident li seħħ fil-finali tat-Tazza Louis Borg u li kien jinvolvi lill-membru parlamentari l-Onorevoli David Agius, dan is-sit ħaseb li jkompli jsegwi din l-istorja. Kollox ġara meta wara l-finali tat-Tazza Louis Borg li Siġġiewi rebħu kontra Athleta, l-istess Athleta ressqu protest lill-MBA. Dan il-protest wassal biex il-Vici President tal-MBA kif ukoll il-President ta’ Siggiewi Basketbal club, l-onorevoli David Agius gie sospiż għal xahar mill-attivitajiet kollha organizzati mill-MBA minħabba rimarki li għadda waqt din il-finali. Dan il-verdett ingħata fil-kapaċita’ tiegħu ta’ ufiċċjal ta’ klabb. B’dan il-każ ġie wkoll infurmat il-kunsill tal-presidenti fi ħdan l-MBA għall-konsiderazzjoni tiegħu minħabba l-fatt li Agius huwa wkoll il-Viċi President tal-MBA.

Dalgħodu dan is-sit għamel kuntatt mal-Onorevoli Agius biex itina r-reazzjonijiet tiegħu rigward dan il-każ konċernat fejn filwaqt li huwa ammetta li għadda kummenti fil-konfront tal-uffiċċjali inġenerali li ma kinux qed jirrefjaw għall-altezza ta’ finali u ċertament mhux fil-konfront diret ta’ l-ebda uffiċċjali partikolari, ma rriżulta bl-ebda mod li huwa ġġestikola jew għadda xi kummenti oxxeni jew vulgari. Fil-fatt huwa saħaq li dawn tal-aħħar lanqas biss kienu parti mill-akkużi li nħargu fil-konfront tieghu dwar dan.

L-Onorevoli Agius qalilina li l-kliem eżatt li uża huwa f’din il-finali fil-konfront tar-referees kien li “min mhux kapaċi jirrefja fil-finali’ m’ għandux jigi magħżul biex jirrefja f’logħba daqstant important fl-istagun tal-baskitbol lokali.” Agius kompla jghid lil dan is-sit li dak li weġġgħu f’dan il-każ kien li kien hemm min ha l-opportunita’ sabiex jipprova jiskreditah, pero’ huwa afferma li mhux se jaqa’ ghal dan l-ingann. Huwa rrimmarka wkoll li fl-istess logħba, uffiċċjal tal-istess klabb li rrapportah, ċioe l-Athleta, ammetta li kien hemm ufficcjal taghhom sess li ghadda kummenti wkoll dwar il-mod kif giet ikkontrollata l-loghba. David Agius qalilna li dawn il-kummenti għaddihom waqt logħba tal-basketball, u kienu kummenti innokwi, li jingħadu diversi drabi fil-kampijiet sportivi.

David Agius għalaq billi qal li filwaqt li refa’ r-responsabbilta’ sħiħa għal għemilu u skuża ruħu wkoll tal-kummenti li għadda, huwa ddeċieda li ma jappellax rigward dan il-każ.





2 Comments

  1. ronald says:

    iridu jtiru iktar irjus

    [Reply]

  2. Truly Bball Lover says:

    Not First time .. Not Last Time …

    [Reply]

Leave a comment