Data ġdida għall-finali tal-FA Trophy

Saturday, May 2, 2015, 10:57

Il-Malta Football Association tavża li l-finali tal-FA Trophy, sponsorizzata minn Attian Group, għall-istaġun 2014/15, issa se ssir is-Sibt, 23 ta’ Mejju 2015 u tibda fil-5.00pm, minflok fid-data li kienet ippjanata iktar kmieni.

Intant, l-MFA tavża wkoll, li l-poloz tas-semifinali tal-istess kompetizzjoni se jittellgħu t-Tnejn, 11 ta’ Mejju 2015, fis-sala tal-konferenzi tal-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, fl-10.00am.

L-MFA tavża li se tkompli tinforma l-pubbliku b’aktar informazzjoni fuq din il-kompetizzjoni fil-jiem li ġejjin.





Leave a comment