Darts: Tournaments,Rekords u Kompetizzjonijiet

Tuesday, February 16, 2016, 19:51

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

IT-TIM NAZZJONALI – IT-TIENI QUALIFIER

GORDON STANMORE U ALBERT SCERRI JIKWALIFIKAW UKOLL

It-tieni tournament biex jiġi iffurmat it-tim nazzjonali intalab din il-ġimgħa. Gordon Stanmore u Albert Scerri huma it-tielet u ir-raba plejers li jibbukkjaw posthom fit-tieni fażi. Numru rekord ta disa’ u sittin plejers ipparteċipaw fejn rajna numru ta logħbiet eċitanti u kombatuti.

Fil-logħob deċiżiv Albert Scerri ta Mosta Horseshoe Bar għeleb l-isfida ta Chris Cohen ta Kalkara St Joseph 3-0 u Gordon Stanmore lil sieħbu tat-tim Mario Aquilina 3-1.

It-tournament li jmiss ser jintalab fl għoxrin ta Jannar, iz-Zejtun Domus bil logħob jibda fis-seba’ u nofs.

———————————————————————————————————————————————————-

 RANKING TOURNAMENT – II

ANDY KEEN JIRBAH IT-TIENI RANKING TOURNAMENT

Ghaxaq St Joseph Band Club jorganizzaw it-tieni ranking tournament fuq il-kalendarju tal MDA. Andy Keen ġie inkurunat Champion b rebħa ta 4-3 fil-finali kontra Albert Scerri wara li kien jinsab 3-1 min taħt.

Ir-ranking tournaments li jmiss huma; 24 ta Jannar – Bormla Bocci Club w 21 ta Frar – Marsa St Michaels.

———————————————————————————————————————————————————-

KOMPETIZZJONIJET – 4 a side and 5 a side

5 A-SIDE

Din il-ġimgħa inata bidu għal kompetizzjoni tal- 5 a-side b żewġ logħbiet fir-rawnd preliminari. Floriana Ajax A dawru r-riżultat min 2-0 min taħt għar-rebħa ta 3-2 kontra Mosta Bocci Club u Mosta Horseshoe Bar A rebħu 4-1 bla problemi kontra Bormla Bocci Club B. Ir-rawnd tar-ritorn jintalab il-Ħamis 21 ta Jannar.

-Il-poloz tal-ewwel rawnd (jintlabu 28/01 u 04/02):-

  • Bormla Bocci Club A v Birkirkara Juventus Vero Amore
  • Cospicua Rangers v Marsa St Michaels
  • Birzebbugia Cox Sports Club A v Gudja POs Bar A
  • Hamrun Education Bar v Rebbieħ minn Mosta Horseshoe Bar A or Bormla Bocci Club B
  • Mosta Horseshoe Bar B v Kalkara St Joseph
  • St Pauls Diamonds v Floriana Ajax B
  • Gudja POs Bar B v Rebbieħ minn Floriana Ajax A or Mosta Bocci Club
  • Zejtun Juventutis Domus v Zejtun Beland Bullseye

4 A-SIDE

Il-logħob mil-fażi tal-gruppi tal- kompetizzjoni 4 a-side komplew din il-ġimgħa fejn tmintax il-tim jikkompetu biex jiksbu post ma l-aħħar tmienja. F Grupp A, Marsa St Michaels, Kalkara St Joseph A, Floriana Ajax A u Kalkara St Joseph B jokkupaw l-erbgħa postijiet ta kwalifikazjoni u fi gruppi B u C, Zejtun Juventutis Domus, Mosta Horseshoe Bar A u Zejtun Beland Bullseye, Mosta Horseshoe Bar B jinsabu fl-ewwel żewġ postijiet fil gruppi rispettivi tagħhom.

Fi grupp A fadal tmien logħbiet tal grupp u fi grupp B , C sitt logħbiet.

———————————————————————————————————————————————————-

PLEJER TAS SENA W REKORDS

Andy Keen ta Kalkara St Joseph jinsab fil-quċċata tal-klassifika tal-plejer tas-sena bi tmienja u tletin punt, segwit min Albert Scerri ta Mosta Horseshoe Bar A b tnejn u tletin punt u Godfrey Abela wkoll ta Mosta Horseshoe Bar A b seba’ u għoxrin punt. Fadal ħafna punti x jintrebħu u b hekk kollox għadu jista’ jinbidel.

Tony Borg għandu l-ikbar għeluq (160), John Ciantar l-aqwa legg (11) u Andy Keen u John Ciantar l-aktar numru ta 180s (7).

 





Leave a comment