Darts: il-Malta Darts Association tat bidu ghas seba w ghoxrin edizzjoni tal-Malta Open

Thursday, November 20, 2014, 15:57

It-Tlieta 11 ta’ Novembru, il-Malta Darts Association tat bidu ghas seba w ghoxrin edizzjoni tal-Malta Open gewwa l-lukanda Topaz, Bugibba.

 

Barra players min Malta gew ukoll players min Cipru, Italja, Skozja, Wales, Danimarka, Olanda, Svizzera, Grecja, Norvegja, Germanja u min inhawi differenti fl-Ingilterra.

 

It-Tlieta sar il-loghob tad-doppji fejn wara erba sieghat ta’ loghob kontinwu waslu sabiex jikkontestaw il-kwarti tal-finali Martin Degel/Mark Layton (Germanja/Wales), John Michael/Karsten Koch (Grecja/Germanja), Andy Krockel/Michael Nett (Germanja), Jamie Robinson/John Walton (Ingilterra), Greg Upton/Josh McCarty (Ingilterra), Greg Hoggan/Mark Cameron (Ingilterra), Salvarore Mantarro/Martino Tagliapietra (Italja) u Thomas Obsfelder/Mark Mulholland (Germanja).

 

Fid-doubles tan-nisa waslu sas-semi finali Trixi Krockel/Silke Goebel (Germanja), Michela Michelini/Romana Petrini (Italja), Cheryl McLoughlin/Ann Chilton (Ingilterra) u Giada Ciofi/Giovanna Novelli (Italja).

 

129 koppja ikkompetew.

 

Quddiem folla sabieha ta’ nies l-Erbgha intlghabu s-singles tal-irgiel u nisa. Ikkompetew xejn inqas minn 269 player.

 

Waslu sabiex jikkontestaw il-kwarti tal-finali tal-irgiel Albert Scerri (Malta), Craig Stoner, Josh McCarthy u John Walton (Ingilterra), Mark Layton (Wales), John Michael u Kostas Pantelidis (Grecja) u Matthew Medhurst (Olanda).

Il-loghob tal-irgiel kien ta’ best of 3 sets, kull set best of 3 legs.

 

 

Fil-kategorija tan-nisa waslu sas-semi-finali Kirsten Byo (Svizzera), Giada Ciofi (Italja), Vibeke Solvik (Norvegja) u Giata Sfakioti (Grecja)

Il-loghob tan-nisa kien ta’ best of 5 legs.

 

Waqt il-loghob tas-singles inqabdu xejn anqas minn 63 puntegg massimu ta’ 180 waqt li Josh McCarthy ghalaq loghba b’puntegg ta’ 170.

 

Il-Hamis 13 ta’ Novembru kienet l-ahhar gurnata tal-Malta Darts International Open. Il-loghob kien il-fazi final tal-erba’ kategoriji dawk tal-individwali u doppji sew tal-irgiel kif ukoll tan-nisa.

 

Il-loghoba finali tad-doppji u dik tal-individwali tan-nisa saret fuq bazi ta’ l-aqwa min 7 sets waqt li l-finali tal-irgiel individwali saret fuq l-aqwa min 3 sets, kull set l-aqwa min 5 legs.

 

Waslu biex jikkontestaw l-ewwel finali tad-doubles tan-nisa Trixi Krockel/Silke Goebel u Cherly McLoughin/ Ann Chilton. Dawn ta’ l-ahhar rebhu 4-1.

 

It-tieni finali, dik tad-doppji tal-irgiel kienet missielta hafna fejn finalment hargu rebbieha Karsten Kornath/John Michael 4-2 kontra Jamie Robinson/John Walton.

 

It-tielet finali dik tal-individwali tan-nisa marret ghand Vibeke Solvik li ghelbet lil Kirsten Byo 4-0.

 

L-aktar finali mistennija bla dubbju kienet dik tal-individwali tal-irgiel. Din giet ikkontestata minn Kostas Pantelidis u John Walton, zewg plejers mgharufa sew ghall-livell gholi taghhom fix-xena Internazzjonali. John kien ghamel 9 darts fil-Winmau World Masters 2007, rebah il-BDO World Championship 2001, World Masters 2000, Belgium open 2001,British Classic 2001,British open 2001, Welsh open 2001, Scottish open 2001,British pentathlon fl-2002, 2006 u 2010 kif ukoll rebbieh tal-WDF Europe Cup pairs 2008. Min naha tieghu Kostas wasal ma l-ahhar 16 fil-WDF World Cup Singles 2007 u ma l-ahhar 32 darbtejn fil-WDF Europe Cup Singles.

Walton rebah il-finali 3-0, 3-0.





Leave a comment