Darmanin Demajo jwaqqa’ l-libell kontra Mifsud

Wednesday, January 26, 2011, 8:41

minn Cristian Muscat.

Waqt il-programm sportiv l-Argument li jixxandar fuq One TV kull nhar ta’ Tnejn ippreżentat mill-kollega ġurnalist Sportiv Clinton Buhagiar il-bieraħ kien hemm mistieden il-Presient tal-MFA Norman Darmanin Demajo.

Fl-aħħar minuti ta’ dan il-programm Darmanin Demajo ħabbar li kien waqqa’ l-każ ta’ libell kontra Dr. Joe Mifsud wara li dan ta’ l-ahhar kien għajjar lill-President attwali ta’ MFA giddieb fuq programm ippreżentat minn Robert Musumeci fuq Smash TV ftit qabel l-elezzjoni għall-Presidenza tal-MFA.

Intant l-ezodu tal-libell li din id-darba jinvolvi lil Dr. Joe Mifsud kontra Darmanin Demajo  mistenni jkompli jew jinstema fis-6 ta’ April skond jekk Dr. Joe Mifsud jiddeċidix li hu wkoll iwaqqa’ l-każ ta’ libell kontra Darmanin Demajo. Il-każ Joe Mifsud kontra Darmanin Demajo jikkonċerna allegazjonijiet u kummenti li għamel id-Dede fuq il-Gazzetta Illum fejn allega tbabgħbis fil-finanzi tal-kuntratti tat-televiżjoni tas-CWL.





1 Comment

  1. julio says:

    Prosit PRES.Kuljum qed turi li int kapaci tmexxi anke assocjazzjoni hekk kbira bhalma hi l-MFA.Semplici ghem,il bhal dan juri li l-esperjenza qed a hemm u hadd ma jista jitfallek gebel.Kompli sejjer hekk u fi ftit zmien iehor tkun bnejt image ta Presient denju u ta stoffa.Pass wara iehor qed izzomm mal-weghdiet tieghek u tibni fuq dak li sar fil-passat, futur li jixraq lil futbol Malti.Hemm hafna xoghol xi jsir u naf li kwazi qed tabanduna il-professjoni privata sabiex tlahhaq max-xoghol enormi li sibt ma wiccek, sagrificcju li izda perswaz li ghad jibqa jafulek il-futbol Malti jew ahjar il-klabbs.Dak li emminna fih snin ilu qed issehh quddiem ghajnejna u l-hegga u energija li hemm fil-klan tieghek zgur li se twassal gejjieni sod ghal MFA.Prosit DEDE il-bieb miftuh ghal meta tfittex l-ghajnuna.

    [Reply]

Leave a comment