Darmanin Demajo jiggustifika d-dejn

Thursday, June 27, 2013, 14:47

Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo iribatta l-kritika li saritlu minn Peter Fenech dan l-aħħar dwar diversi suġetti.

NDD qal li meta ħa over minn Joe Mifsud hu  sab dejn ta’ €5 miljun u sostna li d-dejn preżenti li għandha l-MFA dak ta’ €13 –il miljun huwa ġustifikat għaliex skond hu dan id-dejn hu kollu flus li ġew investiti fil-Clubs fil-bini ta’ faċilitajiet.

“Iva nammeti li għandna d-dejn imma l-Clubs jafu li aħna d-dejn għamilnieħ għalihom għaliex huma qatt ma setgħu jisselfu daqshekk u qatt lanqas ma setgħu  iħalsu lura l-interesi l-banek” qal Darmanin Demajo.

Mistoqsi mill-preżentaturi Pierre Portelli u Dr Joe Mifsud waqt il-programm TVAM dwar il-kritika li għamel Peter Fenech dwar l-infieq żejjed fil-pagi tal-ħaddiema tal-MFA u ġġustifika dan billi qal li l-MFA ma setghetx tibqa taħdem bil-part timers. “Jekk hemm bżonn iva ndaħlu iktar nies” qal id-Dede.

Meta mitlub jirrispondi jew jikkumenta dwar il-kritika li saret minn Fenech li uffiċjali tal-MFA qedgħin jikkampanjaw favur tiegħu, il-President attwali għamel dribbling tajjeb mad-domanda u qabad ra kif jiddevja mid-domanda.

Hu ddefenda wkoll il-fatt li hemm impjegati bħalissa fosthom Chris Bonnet u Ivan Mizzi li se jikkontestaw elezzjoni għall-kariga uffiċjali fosthom ta’ Viċi President u Teżorier. Hu qal li ma jara xejn ħażin billi jsir hekk u tenna li din mhiex l-ewwel darba li din saret.

Dwar il-programm elettorali tiegħu hu qal li dan se jkun ibbażat fuq dak li kien ippreżenta tlett snin ilu għaliex skond hu il-pjan kien li hu jmexxi għal sitt snin.

Fuq l-issue tal-korruzzjoni u match fixing Darmanin Demajo għamel dikjarazzjoni pjuttost soprendenti meta stqarr li mhux se jaħli iktar enerġija personali milli diġa’ ħela fuq din l-issue.





2 Comments

  1. Peter Farrugia says:

    Lanqas tidhru li kontra d-DEDE, tiktbu kollox kif jaqbel lilkom. 

    [Reply]

  2. joe galea says:

    din tal-korruzzjoni dikjarazjoni vera deludenti e… u vera taghti lok ta iktar korruzzjoni!

    [Reply]

Leave a comment