Darmanin Demajo jeħel €500 mill-Qorti

Wednesday, October 27, 2010, 12:39

minn Sandro Micallef.

Norman Darmanin Demajo

Norman Darmanin Demajo

Fil-programm Kontrattakk li jixxandar fuq TVM kull nhar ta’ Ħadd fl-9.45pm ġie żvelat li din il-ġimgħa suppost kellu jitkompla jinstema’ l-każ ta’ libell li kien għamel Joe Mifsud lill-Robert Arrigo ex President ta’ Sliema fuq artiklu li dan kien kiteb fl-2005 fuq il-ġurnal The Malta Independent. F’dan il-każ hemm libellat ukolll-editur tal-ġurnal Stephen Calleja. Ġara li l-Maġistrat Silvio Meli sejjaħ lil Norman Darmanin Demajo biex jixhed dwar dan il-każ minħabba li kien mitlub minn Arrigo biex ikun xiehda tal-provi tiegħu fl-artiklu li kien jirrigwardja  ir-restrizzjoni ta’ tlett players barranin fil-kampjonat Malti. Iżda Darmanin Demajo ma tfaċċax minħabba impenji oħra. Jidher li l-Presidnet tal-MFA kien għamel rikors iżda l-Qori ma’ aċċettatux…. dan hu l-verbal tal-Qorti:

Meta ssejhet il-kawza dehru l-intimati. Deher l-Avukat Reuben Farrugia ghall-intimat Arrigo.

Dr Rita Mifsud ghall-intimat Calleja msejjaha diversi drabi ma deherx.

Xehed bil-gurament: L-Avukat Stefan Zrinzo Azzopardi.
L-Avukat Farrugia jitlob li jissejah Norman Darmanin Demajo li jirrizulta li hu debitament notifikat bil-Mandat appozitu biex jidher skond kif indikat fl-istess mandat.

Rat ir-rikors ta’ Norman Darmanin Demajo, rat id-digriet taghha fir-rigward li permezz tieghu cahdet it-talba tar-rikorrent ghar-ragunijiet hemm indikati.

Il-Qorti tqis l-assenza tax-xhud wara li gie debitament notifikat skond il-Ligi bhala disprezz lejn l-Awtorita’ taghha u tikkundanah multa ta’ €500.

Dan il-kaz issa gie differit ghad-19 ta’Jannar tas-sena d-diehla.
Intant  ġie differit ukoll għall-istess data il-każ ta’ libell ta’ Joe Mifsud kontra Darmanin Demajo fir-rigward tal-każ tal-famuż artiklu fil-ġurnal ġermaniz u l-feature tal-BBC waqt il-programm Panorama. Il-Qorti f’dan il-każ ukoll b’digriet ċaħdet ir-rikors li kien għamel Darmanin Demajo biex jinforma l-Qorti li ma setgħax jattendi għaliex kien se jkun imsiefer.

Players ta’ Birkirkara jibqgħu bil-ġuħ

Mela isimghu din li ħarġet ukoll fil-programm tal-Ħadd li għadda Kontrattakk…..Waqt get together għall-partitarji ta’ Bkara organizzata minn-supporters Club u anke mill-Kumitat ċentrali ġew mistiedna l-players u t-technical staff biex jattendu u jsellmu lill-players u jieklu magħhom fl-aħħar.

Ġara li iżda min kien responsabbli mill-organizazzjoni ta’ din l-ikla ma ħasibx għall-imwejjed u siġġijiet għall-players u fost mistħjija liema bhala il-players kellhom jitbissmu għal-din is-sitwazzjoni u jitilqu bil-mod u baqgħu bil-ġuħ. Din il-farsa induna biha wkolll-ex Chairperson ta’ Bkara Victor Zammit li dlonk tellagħha fuq il-website tiegħu www.birkirkarafcplc.com u tghidx kemm ikkumenta dwar in-nuqqasijiet oħra li qed jiġu għal widnejh mill-amministrazzjoni preżenti.

Mġarr U. vs San Ġwann b’assistant referee wieħed

Mistħija u mistħija hekk kif waslitilna informazzjoni li waqt il-logħba tas-Sibt li għadda bejn Mġarr United u San Ġwann valida mit-tieni Diviżjoni kien hemm Assistant referee wieħed biss. Minkejja li r-referee stenna għal xi minuti biex jitfaċċa l-assistent l-ieħor il-logħba xorta bdiet hekk kif iż-żewġ teamijiet ma sabux oġġezzjoni. Dawn l-affarijiet għadhom jiġru……. Patrick Fenech u Tommy Restall take note.





Leave a comment