Darmanin Demajo b’dilemma dwar il-Union tal-players

Tuesday, June 14, 2011, 12:00

minn Sandro Micallef

Norman Darmanin Demajo

L-Eżekuttiv tal-MFA immexxi mill-President Norman Darmanin Demajo mhux kuntent bit-twaqqif tal-Union tal-players, l-iktar minħabba l-operat tagħha.

Dan is-sit għandu informazzjoni li f’laqgħa riċenti tal-Kumiat Eżekuttiv tal-MFA ttieħdet deċiżjoni li tintalab formalment opinjoni legali dwar talba li saret riċentament mingħand il-General Workers Union għall-rikonoxximent mill-MFA bħala l-Union tal-Assoċjazzjoni tal-Players li twaqqfet dan l-aħħar.

L-Eżekuttiv bħalissa jinsab f’dilemma lil min għandu jirrikonoxxi għaliex skond il-maġġoranza tal-Eżekuttiv kienu qed jippretendu li talba simili ssir mill-istess Assoċjazzjoni tal-players milli mingħand il-Union tagħha.

Hu fatt magħruf li f’din il-Laqgħa tal-Eżekuttiv li saret f’Mejju Darmanin Demajo aċċenna li la hu u l-anqas l-MFA m’għandhom  xejn kontra li l-players jingħaqdu bejniethom għalkemm l-istess Assoċjazzjoni ma’ timpjegax il-players li huma reġistrati mal-Clubs.

Intant f’dik li tista’ titqies bħala deċiżjoni stramba ta’ din l-amministrazzjoni jidher li Bjorn Vassallo u Darmanin Demajo iddeċidew li jekk isiru laqgħat mal-Għaqda tal-Players u / jew ma’ uffiċjali tal-GWU, l-MFA se titlob li jattendu wkoll rappreżentanti tal-Clubs permezz tal-Istanding Committee rispettivi.





5 Comments

  1. union/association says:

    X inih d-differenza bejn union u association? Jien nahseb li l-problema hijja li l-clubs qed jibzaw li mhux se jkunu jistaw jikmandaaw biss huma u l-players ha jkunu jistaw jiggieldu ghad-drittijiet taghhom. XIgifieri ghax mhux professjonali? Pero jekk player iwegga ma gahndux jigi kkurat bl-ahjar mod possibli? Jew xigifieri club jiftijhem li jhallas player mod imbaghad ma jtihx dak li haqqu ghax jista jaghmel hekk?? Mil-ahhar informazzjoni li harget issa saret MFPA (Malta Football Players Association) u ha tkun din l-ghaqda li tirraprezenta l-players u anke gie ffurmat il-kumitat.

    [Reply]

  2. julio says:

    Fl-ewropa tezisti unjin ghax il-plejers huma professjonali u jaqilghu l-ghixien taghhom mil-futbol.Malta m’hawnx plejer li jghix mil-futbol biss,dik id-differenza.Rigward parametri trid tara xi jkunu il-konsegwenzi u nassigurak li hafna drabi issir diskussjoni fuqhom dawn il-materji u hemm diversi diffikultajiet.Tinsiex li l-klabbs Maltin mhumiex bhal barra u m ghandhomx introjtu u ghalhekk trid toqghod attent biex ma tkomplix tkissirhom.

    [Reply]

  3. Joe says:

    Julio, il-players union tezisti f’hafna pajjizi fl-Ewropa. L-isportiv irid jara tibidil kif jigu mhadma l-plejers taghna – xi haga li l-ebda club Malti s’issa qatt ma ndenja jaghmel.

    Parametri iridu jispiccaw, Bosman rule trid tidhol immedjatament, cieling fuq pagi iridu jitilqu minnufih u iktar trasparenza fuq il-prezz ta’ plejers.

    Tidher li l-klabbs ma jriduhomx dawn l-affarijiet u milli qed nifhem qeghdin jitfaw pressure fl-Ezekuttiv biex l-MFA ma tirrikonoxiex din il-Union. Qisu ma jridux johorogu ghonqhom barra mir-ramel halli ma jkunux huma li jaqalaw l-ewwel canfira mil-union imma jhallu lil MFA tidher halli huma jinhbew warajhom. Is-solitu stroja ta’ hawn Malta.

    [Reply]

  4. julio says:

    L-MFA m’ghandha l-ebda obligu li tirrikonoxxi xi union ghax ma thaddimx plejers. Din ta unjin tal-plejers hija zejda u ma nafx minn ta dal-parir lil plejers.Ir-referees ghandhom ghaqda izda mhux unjin. Jekk iridu ir-referees jistghu jieqfu xorta u jwaqqfu il-futbol kollu u l-ebda unjin ma qabdu sabiex tirraprezentahom.Kien ikun aktar ghaqli li kieku giet mwaqqfa players association hal m ghandhom il-kowcis ukoll.Nahseb il-plejers se jithlu go kobba li ma jinhallux minnha u se tiswielhom aktar ta deni milli gid.Wiehed irid jiftakar li Malta m’hawnx plejers professjonali li jghixu il-futbol biss.Nistaqsi kemm hawn plejers li huma konformi mat-taxxi ta Malta.Zgur il-unjin mhux sejra taqbez ghal xi plejer li qed jevadi it-taxxa, nispera li le .

    [Reply]

    supportter Reply:

    imma dawk jarawh il players xjippreferu jekk ux union assocjazjoni etc etc , l mfa ma ghanda l ebda dritt twaqqafom .
    nota zghira li xtat inzid hi li jien kont wiehed minn dawk il hafna li kont ed nistenna bherqa l bidla fl mfa , imma donnhom l afarijiet all ghar marru mux all ahjar , meta nara ir reazzjoni tal mfa fuq l allegati kazi ta korruzzjoni tal partita norvegja vs malta nihu impressjoni li din l amministrazzjoni ed tipprova toghgob lil kulhadd minajr ma twegga lill hatt . iktar mohha biex tider sabiha milli biex tmexxi

    [Reply]

Leave a comment