Danny Holland – rebbieħ tal-HSBC Scratch Challenge Cup 2014

Wednesday, April 23, 2014, 13:08

Danny Holland hu r-rebbieħ tal-HSBC Scratch Challenge Cup 2014 li saret fir-Royal Malta Golf Club (RMGC).  J.J. Micallef u Andy Borg segwewh mill-qrib u kisbu t-tieni u t-tielet post rispettivament.

 

L-HSBC Kinnard Centenary, li ntlagħbet matul l-istess tmiem il-ġimgħa, intrebħet minn Hans Klotz, b’ Jean Pierre Award jikseb it-tieni post.

 

Bħala r-rebbieħ tal-HSBC Scratch Challenge Cup 2014, Danny Holland ingħata żewg biljetti VIP għall-Open Championships f’Hoylake f’ Liverpool li ser isiru f’Ġunju 2014.

 

“Matul dawn l-aħħar snin, il-livell tar-RMGC tjieb b’mod qawwi ħafna hekk kif il-plejers tal-golf il-ġodda qed isibu posthom.  Mingħajr dubju, din is-sena, l-iScratch Competition kellha tmiem mimli azzjoni, u din tista’ tkun ikkunsidrata bħala waħda mill-iktar play-offs ta’ sfida li qatt ra l-klabb tal-golf Malti,” qal il-Kaptan tar-RMGC John Fletcher.

Sponsorjata minn HSBC Bank Malta plc għal dawn l-aħħar erba’ snin, l-iScratch Trophy hi kompetizzjoni mqassma fuq jumejn u tintlagħab mingħajr handicap fost l-aqwa plejers tal-golf tar-Royal Malta Golf Club. Imwaqqfa fl-1891, l-iScratch Challenge hi kompetizzjoni prestiġjuża tal-golf ibbażata fuq aggregate individwali ta’ 36-hole li tintlagħab minn fuq scratch.





Leave a comment