Danilo Meira Santos – BOV plejer tax-xahar ta’ Ottubru

Saturday, December 15, 2012, 8:12

L-attakkant Brażiljan ta’ Tarxien Rainbows Danilo Meira Santos rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar ta’ Ottubru. Bla dubju, kien unur meritat għal dan il-plejer li spikka u ħalla impatt qawwi fil-prestazzjonijit tiegħu f’żewġ rebħiet kontra Motsa u Floriana waqt dan l-istess u fid-dro fid-derby  kontra r-rivali Hibernians fejn matul dan ix-xhar skorja erba’ gowls.

 

Danilo huwa plejer utli u vitali tat-tim ta’ Clive Mizzi bl-obbjettiv ewlieni li r-Rainbows jispiċċaw fiċ-Championship Pool. Is-Sur Joseph Grech, manager tal-fergħa ta’ San Gwann ippreċenta t-trofew u ċekk lil Danilo Meira Santos . Dan il-plejer għażel li jgħaddi ċ-ċekk lill-Istrina.

 





Leave a comment