Daniel Sullivan ikonfermat, Joseph Fenech elett ukoll

Monday, June 18, 2012, 8:34

Quddiem folla imdaqqsa ġewwa l-każin ta’ Ħamrun Spartans, il-membri Spartani bejn is-Sibt u l-Ħadd ivvutaw għal kumitatt ġdid li fiha reġa’ ġie ikonfermat il-President Daniel Sullivan.

Fost il-membri oħra eletti spikka l-isem ta Joseph Fenech, hekk kif kien ikonfermat wara li reġa’ daħal lura f’Jannar li għadda.

Kienu eletti ukoll Antoine Attard, Stephen Saliba, Marco Abdilla, Elton Borg, Victor Cassar, Jason Cristina, James Cutajar, Gejtu Debattista, Julian Friggieri, Uldrich Galea Medati, Ignatius Zammit.

Fil-lagħqa ġenerali anwali Stephen Saliba u Antoine Attard ukoll ġew konfermati bħala segretarju u teżorier hekk kif daħlet emenda inovativa fl-istatutu li żewġ ufficjali gew approvati wara li gabu il-50% + 1 rikjest mill-Istatut flimkien ma’ Daniel Sullivan. Alan Cutajar u Sean Scicluna ma telgħux bil-voti imma jistgħu ikunu co-opted.





2 Comments

  1. PABLOSS says:

    Proset Joe u Nawguralek tar Rezultat li Gibt

    [Reply]

  2. Joseph Fenech says:

    Min Qalbi nixtieq nirringrazzja li Supporters u Ultras ta support u fiducja assoluta li tawni…. GRAZZI

    [Reply]

Leave a comment