Daniel Nwoke to join Floriana FC

Monday, December 13, 2010, 6:00

During the popular programme Kontrattakk yesterday on TVM, these football news were revealed by sports journalists Sandro Micallef and Caroline Attard.

ĦAMRUN S. U L-ISTRINA

 Il-Kumitat ta’ Ħamrun Spartans Supporters Club qed jorganizza lotterija tal-Gear ta’Ħamrun Spartans iffirmat mill-President ta’ Malta l-Eċċelenza tiegħu Dr. George Abela, il-President tal-klabb Daniel Sullivan u l-players kollha ta’ Ħamrun Spartans. Dan il-gear għandu l-logo uffiċjali tal-Istrina u d-dħul kollu minn din l-inizjattiva se tmur għall-Istrina 2010. Is-supporters Ħamrunizi mħeġġa biex jipparteċipaw f’din il-kawża ġusta.

TRIESTINA CALCIO F’MALTA

Jidher li t-tim tas-serie B fl-Italja Triestina Calcio se jkun f’pajjiżna bejn is-27 u l-31 ta’ Diċembru għal training camp li se jsir fi ħdan iċ-ċentru tekniku ta’ Ta’ Qali. Apparti t-training camp, Triestina Calcio se jkunu qegħdin jilagħbu trijangolari fit-30 ta’ Diċemebru kontra żewġ timjiet Maltin. Dawn se jkunu Valletta FC u Qormi FC. Fil-jiem li għaddew kien hawn Malta uffiċjali tal-klabb Taljan sabiex iduru u jivverfikaw il-faċilitajiet f’Ta’ Qali. It-trijangolari se jkun qed jintlagħab fl-istadium Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.

INSTRUCTIONAL MEETING TAL-MFCA

Il-Malta Football Coaches Association se torganizza Instructional meeting nhar l-Erbgħa 15 ta’ Dicembru fis-Centenary Hall f’Ta Qali u l-laqgħatibda fis-7.30pm. Il-kelliem għal din il-laqgha se jkun il-FIFA instuctor Bob Browaeys. Il-Coaches kollha huma mħeġġa li jattendu. Dawk il-coaches li mhumiex membri fi ħdan l-għaqda tal-coaches jistgħu wkoll jattendu u jħallsu l-membership wara s-sessjoni fejn se jkun wara organizzat ir-riċeviment għal dan iż-żmien ta’ festi.

MOSTA, BIRKIRKARA U ŻEJTUN FI TRIJANGOLARI

Il-klabb ferm organizzat ta’ Mosta FC li bħalissa jinsab jilgħab fl-ewwel diviżjoni se jkun qed jieħu l-opportunita li jorganizza tournament trijangolari fil-ground il-ġdid li ġie inawgurat riċentement. Dan it-tournament se jingħata l-isem ta’ Charles Abela Memorial Cup u fih se jieħdu sehem Mosta, Birkirkara u Żejtun Corinthians. It-trijangolari se jsir nhar l-Erbgħa 29 ta’ Diċembru bl-ewwel logħba tibda fis-6.30pm b’kull logħba tkun ta’ 45 minuta. Dan it-trijangolari qed isir bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-75 sena anniversarju tal-klabb ta’ Mosta FC.

PROBLEMI GĦAL SLIEMA F’TIGNE’

Iktar kmieni din il-ġimgħa, Sliema W. niehdew il-kalendarju tas-sena 2011 u l-website il-ġdida tagħhom waqt konferenza stampa. Fost is-suġġetti li semma’ l-President Steve Abela waqt l-indirizz tiegħu, qal li waħda mill-problemi kbar li bħalissa qed jaffaċċja l-klabb hija l-kundizzjoni u l-kwalita tat-turf sintetiku li ġie mpoġġi fil-ground tal-kumpless ta’ Tigne. Abela tenna li probabbilment ħafna mill-injuries li qed isofru l-players ta’ Sliema huwa appuntu minħabba l-kwalita ta’ dan il-ħaxix li qed jaffettwa l-kundizzjoni fiżika tal-players. Sar magħruf ukoll li l-klabb ta’ Sliema se jkun qed qiegħed uffiċjalment jitlob l-għajnuna finanzjarja mill-MFA sabiex jinbidel it-tapit tal-ħaxix sintetiku preżenti. Sliema mistennija jinkudu wkoll fit-talba uffiċjali tagħhom lil MFA, finanzi biex jittranġa d-dawl artifiċjali eżistenti.

HERMANS JAFDA N-NAZZJONAL F’IDEJN MIFSUD

Kif ħafna dilettanti tal-futbol jafu, il-kowċ nazzjonali tal-futsal Vic Hermans għandu rwol importanti fi ħdna is-settur tal-iżvilupp tal-futsal fil-UEFA. Dan l-irwol jeħtieġ u jesiġi li Hermans jitlaq minn Malta biex jattendi seminars, konferenzi u appuntamenti oħra barra minn xtutna. Riċentement waqt li kienet għaddejja l-preparazzjoni tat-tim nazzjonali tal-futsal, Hermans iddelega lil coach ta’ Paola Downtown Kevin Mifsud sabiex jieħu ħsieb is-sessjonijiet ta’ taħriġ. Dan huwa fattur pożittiv ħafna li coach ta’ esperjenza mondjali bħalma hu Hermans qed jafda u jagħti r-responsabbilta lil coach żagħżugħ Kevin Mifsud biex jagħtih esperjenza ta’ coaching iktar wiesa’. Kevin Mifsud ilu midħla fil-futsal lokali għal dawn l-aħħar 11-il sena u hu wieħed mill-persuni lokalment li ħadmu għall-ġid tal-iżvilupp tal-logħba lokalment. Ta’ min isemmi l-fatt li Vic Hermans għandu wkoll budget finanzjarju fil-kuntratt tiegħu biex ikollu assistant coach – fil-fatt dan huwa l-kompatrijotta Olandiż Bert Kessen li iżda jakkumpanja lil Hermans biss għal logħbiet internazzjonali u mhuwiex residenti f’Malta.

MIFSUD VS DEDE… IL-PIKA TKOMPLI

Wara li l-Ħadd li għadda Norman Darmanin Demajo fíntervista li ta lil ġurnal The Sunday Times qal li Michael Mifsud m’għandux jibqa’ jilbes il-faxxa ta’ captain, din il-ġimgħa lill-Internazzjonali Malti Michael Mifsud li jitfa’ risposta lura sottili fil-media fil-konfront tad-Dede. Fil-fatt nhar il-ġimgħa 10 ta’ Diċembru, il-ġurnalist Nikki Abela Mercieca għamel kuntatt telefoniku mal-player Malti biex jieħu r-reazzjoni tiegħu wara d-daqqa taħt iċ-ċinturin min-naħa tad-Dede. Mifsud irrispona hekk – I am not interested in replying – I don’t have time to waste. Risposta f’waqtha u intelliġenti min-naħa ta’ Michael Mifsud li minkejja li huwa mweġġa’ bil-kummenti li għadda Darmanin Demajo fil-konfront tiegħu għażel li ma jkabbarx l-affarijiet. Minn hawn l-appell tagħna huwa sabiexs jirrenja s-sens komun miż-żewġ naħat. Intant, ħafna kritiċi u l-media in ġenerali għadha mħassba il-għala Darmanin Demajo fiż-żmien kruċjali bħal dan fil-leġislatura tiegħu għażel li jikkonfronta għall-ewwel darba lil Michael Mifsud, John Buttigieg u saħansitra anki lil Joe Mifsud.

NWOKE MA’ FLORIANA FC

L-għada tal-ewwel tas-sena mistenni jasal f’Malta l-attakkant Niġerjan Daniel Nwoke li fil-passat lagħab ma’ diversi klabbs bl-aħħar wieħed f’Malta jkun Msida SJ. Daniel Nwoke mistenni jkun l-iktar transfer importanti għal Floriana fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar. Johann Said, President ta’ Floriana FC ikkonferma ma’ Kontrattakk li l-ftehim huwa diġa milħuq verbalment mal-player u jonqos biss il-firma fuq il-kuntratt li diġa saħansitra ntbagħat b’email lil player. Sliema W. kienu wkoll interessati f’dan il-player. Mhux eskluż il-fatt li Floriana jakkwistaw attakkant ieħor apparti Nwoke fit-transfer window.





3 Comments

  1. city boys says:

    billi qed jitrenja imma ghadu ma iffirmax sa issa!

    [Reply]

  2. pagi says:

    X’sar minnu Barbara li tant ftahartu bih???

    [Reply]

    Janet Reply:

    Qed jitrenja maghna

    [Reply]

Leave a comment