Daniel Mariano Bueno vvutat l-aqwa plejer mis-sostenituri Tarxiniżi għall-istaġun 2010/11

Sunday, July 10, 2011, 11:19

minn Cristian Muscat

Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat il-ġdid elett ta’ Tarxien Rainbows FC għall- istaġun 2011/2012 , intgħażel l-aqwa plejer skond is-supporters għall-istaġun li għadda.Il-ħames finalisti kienu :
 
1. David Cassar
2. Daniel Mariano Bueno
3. Lee Galea
4. Ricardo Costa
5. Justin Grioli
 
Il-kumitat li hu kompost minn ħmistax-il persuna, kollu vvota għal Daniel Mariano Bueno ħlief għal żewg membri. B’hekk , l-unur tal-aqwa plejer skond is-supporters imur għall-Braziljan Daniel Mariano Bueno li din is-sena se jagħmel it-tielet staġun tiegħu mat-team ta’  Tarxien Rainbows. Dan l-unur ser jiġi preżentat fil-BBQ Annwali li jorganizza s-supporters club. Id-dati jitħabbru aktar tard.





Leave a comment