Danica Bonello Spiteri tispiċċa fid-disa’ post fil-Lake District Half Ironman

Tuesday, July 5, 2011, 16:12

minn Cristian Muscat

Danica Bonello Spiteri esperjenzat waħda mill-iktar provi difficli fil-karriera tagħha meta spiċċat il-Lake District half Ironman f’ħin ta’ 6 sighat u 2 minuti u kisbet id-disa’ post fil-klassifika finali, 22 minuta biss wara r-rebbieh. Ma kinitx tellieqa faċli hek kif il-Maltija affaċċjat ilma b’temperatura ta’ 12-il grad celcius tal-lag Lillswater fejn hemmhekk kienet fit-tieni post.

Wara bdiet id-90km bir-rota li ħaduha sa’ Kirstone Pass ġewwa Lake District. Hawnhekk ma kelliex ħajja faġli meta kkompetiet kontra triatleti li huma b’ saħħithom ħafna fiċ-ċiklizmu u spiċċat fit-13 –il post. Iżda l-istorja kienet differeneti fil-ġiri hekk kif Bonello Spiteri rebħet xi pożizzjonijiet li kienet tilfet u daħlet mal-ewwel għaxar kompetituri.

Dr Danica Bonello Spiteri li qed tispecjalizza fil-medicina ghall-isport u ezercizzju fl-Ingilterra tikkompeti mat-tim Leeds and Bradford Triathlon Club, li huwa l-istess klabb tat-triatleti ta’ fama mondjali Alistair u Jonathan Brownlee.





Leave a comment