Damon Bonello Campjin tal-ASMK Trials 2012/13

Sunday, July 14, 2013, 8:47

F’dawn l-ahhar jiem l-‘Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi’ organizzat biex l-ahhar attivita bil-Muturi Trials issir f’Barriera n-Naxxar imma wara li hargu il-permessi necessarji mill-Mepa u ohtajn, minhabba ragunijiet li l-ASMK ma kellniex kontroll fuqhom din l-attivita kellha tithassar milli ssir kif u fejn kien ippjanat u saret fil-Premises tal-ASMK f’TaQali. Grazzi ghal Kumitat ta Trials fi ftit hin gew organizzati is-ections kollha u iktar. L-Assocjazzjoni tavza li fl-istagun li gej ser ikun tentattiv iehor biex issir attivita ohra fin-Naxxar.

 Bhal ma kien mistenni Damon Bonello fuq Gas Gas ghalaq dan il-kampjonat bil-kbir hekk kif min sitt sections spicca biex ghamel erba’ minnhom clean. Damon jista jqisa wahda mill-ahjar performance tieghu f’dan li-stagun. Dan kien segwit minn Gary Debono fuq Sherco u Nick Farrugia fuq Beta rispettivament.

 Damon Bonello f’dan l-istagun rebah sitt kompetizzjonijiet min tminja u huwa ddikjarat campjin tat-Trials. Damon rebah 148 punt waqt li r-Runner–up Gray Debono spicca b’122 punt

 Fil-Klassi B rajna taqtija bejn erba sewwieqa li kollha wrew li kienu b’sahhithom u fit ghal kompetizzjoni mill-kumplament tal-grupp f’din il-klassi. Dawn kienu Rowen Bonello fuq Beta, Jonathan Camilleri, Joseph Scicluna u Shuan Said kollha fuq Gas Gas. Bonello Scicluna u Said kienu dejjem b’vantagg marginali zghir bejnietom tant li kollha rnexxilhom jaghmlu zewg sezzjonijiet clean min sitta. Bonello spicca nqata min mal-group wara li mar tajjeb hafna fit-tieni u fl-ahhar section u b’hekk spicca rebah il-gurnata b’24 punt. Dan kien segwit mill-kumplament tal-grupp li baqa fit-taqtija sa l-ahhar b’Camilleri jispicca jirbah it-tieni post b’33 punt segwit min Scicluna li spicca b’34 punt u Said li spicca b’35 punt rispettivament.

 Rowen Bonello li rebah seba’ kompetitzzjonijiet min tmienja fi Klassi B f’dan l-istagun gie ddikjarat rebbieh f’din il-klassi b’total ta’ 157 punt. Runner–up tieghu spicca Jonathan Camilleri b’131 punt.

 Intant fl-ahhar jiem l-Ufficjali tal-Assocjazzjoni attendew il-Kungress 2013 tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Muturi (FIM) li din is-sena sar fil-belt ta’ Vilnius fil- Lithuania. B’kollox f’dan il-kungress hadu sehem 47 pajjiz madwar id-dinja nkluz Malta. Din tkun opportunita ghal Ghaqdiet ewlenin (wahda minn kull pajjiz) li jirrapprezentaw lill pajjizhom madwar id-dinja biex jiltaqghu u jsahhu li sport kollu bil-muturi u r-relazzjonijiet ta bejnitom. l-Ufficjali tal-ASMK Frans Deguara (President) u Johann Pace (Segretarju) li attendew dan il-kungress b’kontinwazzjoni ghal dak li beda fis-Serbia s-sena li ghaddiet dwar in-negozjati tal-bid biex l-Assocjazzjoni ASMK tospita f’Malta l-Kungress FIM fl-2015. Wara t-tieni esperjenza f’dan il-kungress issa l-Assocjazzjoni hija lesta li tibda tahdem mal-Kunsill Malti ghall-iSport u mal-Ministeru tat-Turizmu biex jigi imwettaq il-kumplament tal-bid. Dan ikun rizultat iehor pozittiv wkoll ghat-Turizmu Sportiv mill-Motorsport Malti.

 L-Ufficjali attendew u hadu sehem fil-Kumissjonijiet tal-Motocross, Trials, Enduro, Drag Racing u Track Racing. Iltqajna u kellna laqghat importanti ghall-Ghaqda taghna mal-President tal-FIM Vito Ippolito, ma CEO tal-FIM u mal-Vici–President tal-FIM. Min naha tal-FIM Europe kellna laqghat mas-Segretarju Generali Alessandro Sambuco flimkien mal-Vici President. F’dan il-kungress spikka nnuqas tal-President tal-FIM-Europe Vincenzo Mazzi li din is-sena ma setax jattendi minhabba problemi f’sahhtu. Bhalissa Mazzi jinsab rikoverat fl-isptar u nawgurawlu fejqan ta malajr. Mazzi li mistenni jispicca it-term tieghu is-sena diehla kien persuna mportanti ghal pajjizna, gie Malta meta ASMK saret membru shih u dejjem offra l-ghajnua tieghu lilna u lil pajjiz zghir bhalna. L-energija bhal ma ghandu Mazzi ghal l-isport tal-Muturi fix-xena mondjali hija xi haga eccezjonali.

 F’din iz-zjara kellna laqgha wkoll mal-grupp tal-pajjizi li jmissu mal-Meditteran fosthom il-Morocco, Grecja, Spanja, Egittu, Libja, Mauritanja, Cipru, Sqallija u Malta. Dawn il-pajjizi ufficjalment inghaqdu flimkien biex jigu organizzati Kampjonati tal-Motocross madwar il-Mediterran. Malta jista jkun li fil-futur tospita wkoll parti mill dan il-kampjonat.

L-Assocjazzjoni tirringrazzja lil Kunsill Malti ghall-iSport li ghamlu tajjeb ghal li-spiza u ghal din l-oppurtinita li inghatat. l-Ghaqda se tkompli tahdem biex inkomplu intejbu l-isport taghna u tal-muturi f’Malta fuq livell Ewropej.

 





Leave a comment