- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Cynergi Virtus ic-champions il-ġodda tal-basketball.

Posted By sportinmalta1 On April 20, 2015 @ 12:33 am In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL – FINALI

minn Colin Schembri

AtoZ Electronics Athleta 61

Cynergi Virtus 75

(17-14)(17-12)(10-27)(17-22)

Cynergi Virtus huma c-champions il-ġodda tal-basketball lokali wara li fit-tielet partita tal-kampjonat Bank of Valletta għelbu lil AtoZ Electronics Athleta 75-61 biex għalqu s-serje finali 3-0. Għal ħafna dan kien riżultat sorprendenti hekk kif ftit kienu li stennew li c-champions renjanti se jiġu megħluba b’dan il-mod. Però Virtus kienu determinati b’mod speċjali fid-difiża u t-triq tas-suċċess tagħhom bdiet mill-aħħar sessjoni tal-ewwel finali meta kienu ħallew lil Athleta mingħajr l-ebda punt. L-aggresivita tad-difiża ta’ Virtus ħasdet għal kollox lil Athleta li ma rnexxielhomx jżommu t-titlu ta’ champions li rebħu fl-aħħar staġun. Virtus bdew il-partita bi tlett baskets konsekuttivi ta’ Anton Axiaq. Ir-risposta tal-Athleta ġiet b’żewġ baskets ta’ Michael Naudi  flimkien ma’ Chad Patus però punti ta’ Mike Bruesewitz u Robert Bonnici ħallew lil Virtus minn fuq 14-10. Fl-aħħar żewġ minuti Athleta kellhom seba’ punti mingħajr risposta minn Steve Schembri u trippla ta’ Patus biex temmew l-ewwel sessjoni 17-14 minn fuq. It-tieni taqsima fetħet b’basket ieħor ta’ Bruesewitz però hawn Athleta kellhom fażi mill-aqwa hekk kif għamlu run ta’12-0 b’żewġ three pointers ta’ Andrew Aquilina u Omar Said. Virtus waqqfuhom bi trippli ta’ Shawn Pace u Bonnici però Vella wkoll kiseb three pointer biex Athleta daħlu jistrieħu 34-26 minn fuq.

Wara l-intervall, Athleta kellhom mument simili għal dak li kellhom fl-ewwel finali u ma żammewx ir-ritmu. Fil-fatt fl-ewwel sitt minuti kien hemm biss punti ta’ Virtus f’run ta’ 14-0 bi trippli minn Peter Shoults u Pace u baskets ta’ Axiaq u Bruesewitz. Finalment kien Naudi li kiseb l-ewwel punti tal-Athleta però Virtus kienu ħadu l-vantaġġ. Wara li Patus għamel trippla oħra għall-Athleta, Virtus wieġbu bi break ta 8-0 u temmew is-sessjoni 53-44 minn fuq. Fl-aħħar taqsima Pace u Shoults komplew iżidu l-vantaġġ tal-Virtus. Athleta ppruvaw jirkupraw u Steve Schembri kellhu trippla però f’nofs is-sessjoni Virtus kien għadhom 10 minn fuq 60-50.  Athleta komplew isibu diffikulta biex jinfdu d-difiża ta’ Virtus biex l-andament tal-partita baqa’ l-istess sat-tmiem. L-aħħar punti tal-partita ġew miż-żgħażagħ Alec Felice Pace u Anthony Schembri flimkien ma’ Bruesewitz biex il-festa tal-Virtus setgħat tibda. Iċ-ċelebrazzjonijiet laħqu l-qofol tagħhom meta s-Sur Peter Perotti Chief Officer Bank of Valletta ppreżenta t-trofew ta’ champions lil captain ta’ Virtus Peter Shoults li rebaħ ukoll l-unur tal-MVP tal-finali fost il-ferħ tal-players sħabu u l-partitarji ta’ Virtus biċ-ċelebrazzjonijiet jissuktaw sa’ tard.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 12, R. Vella 3, F. Mifsud Bonnici, C. Patus 14, A. Aquilina 6, K. Baldacchino, O. Said 7, M. Gouder, M. G. Montaldo, S. Vincic, I. Tanti 3, S. Schembri 16.

Cynergi Virtus: S. Pace 9, D. Bugeja 5, R. Bonnici 5, T. Grech, A, Schembri 1,  M. Bruesewitz 22, A. Felice Pace 1, A. Axiaq 20, I. Buldakov, G. Coleiro 2, P. Shoults 10, F. Bartolo.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Ritratti:

BOV club: https://www.facebook.com/bovclubmt

MPC Photography: https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/cynergi-virtus-ic-champions-il-godda-tal-basketball/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.