Cynergi Virtus bl-ewwel rebħa fil-finali tal-play-offs

Thursday, April 9, 2015, 0:24

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL – FINALI

minn Colin Schembri

AtoZ Electronics Athleta 62

Cynergi Virtus 75

(20-12)(20-18)(16-21)(6-24)

B’rimonta stupenda speċjalment fl-aħħar taqsima it-team ta’ Cynergi Virtus rebaħ l-ewwel finali tal-kampjonat Bank of Valletta kontra AtoZ Electronics Athleta 75-62. Rari niftakar lit-team tal-Athleta f’daqshekk diffikulta bħal ma kienu fl-aħħar sessjoni meta mertu tad-difiża ta’ Virtus huma kellhom jistennew sat-tmien minuta biex jiksbu l-ewwel punti tagħhom. Quddiem pubbliku numeruż iż-żewġ timijiet niżlu bl-aħjar formazzjoni bl-Athleta saħansitra jinkludu lil Steve Schembri u lil Kristin Baldacchino għalkemm dan tal-aħħar ma kienx utiliżżat. Il-partita fetħet bi three pointer fuq kull naħa minn David Bugeja għal Virtus u Roderick Vella

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

għall-Athleta. Hawn ic-champions kellhom run ta’ 9-2 b’punti minn Isaac Tanti, Omar Said, Michael Naudi u Chad Patus biex marru 12-5 minn fuq. Virtus wieġbu bl-ewwel punti ta’ Mike Bruesewitz però Vella kellhu trippla oħra biex Athleta għalqu l-ewwel taqsima 20-12 minn fuq. Virtus fetħu tajjeb fit-tieni perjodu meta kellhom it-trippli ta’ Peter Shoults u hekk kif Athleta kellhom biss żewġ baskets ta’ Patus, fis-sitt minuta punt biss kien jifred liż-żewġ timijiet 24-23. Athleta rkupraw u bdew run ta’ 16-7 fejn kellhom trippli minn Aquilina u Schembri flimkien mal-punti ta’ Said u Patus. Fl-aħħar sekonda trippla oħra minn Said rathom jiftħu vantaġġ ta’ 10 punti għall-intervall 40-30.

Fit-tielet taqsima Athleta dehru li se jikkontrollaw il-vantaġġ li kellhom hekk kif sas-sitt munita wieġbu għal kull basket li sofrew biex baqgħu 10 minn fuq 49-39 minkejja l-punti ta’ Bugeja għal Virtus fosthom trippla. Fl-aħħar tlett minuti Virtus irnexxielhom jagħmlu run ta’ 10-2 bi trippli ta’ Robert Bonnici u Shoults biex Athleta bdew l-aħħar taqsima 56-51 minn fuq. Hawn il-logħba daret kompletament hekk kif għal seba’ minuti sħaħ assistejna biss għal punti minn Virtus f’run ta’ 16-0 minkejja żewġ time-outs ta’ Joe Galea fir-raba’ u fis-seba’ minuta. Għal Virtus kien hemm diversi punti ta’ Anton Axiaq flimkien ma’ Bruesewitz, Bonnici u l-ħames trippla ta’ Shoults. Kien Patus li finalment waqqaf in-nixfa ta’ punti minn Athleta però Virtus kellhom vantaġġ ta’ 12 –il punt. Bruesewitz u Shawn Pace wieġbu għal Virtus biex huma baqgħu fuq quddiem sat-tmiem biex ħadu l-ewwel rebħa fis-serje finali 75-62.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 11, R. Vella 8, F. Mifsud Bonnici, C. Patus 13, A. Aquilina 3,K. Baldacchino, O. Said 11, M. Gouder, S. Vincic, M. G. Montaldo, I. Tanti 13, S. Schembri 3.

Cynergi Virtus: S. Pace 4, D. Bugeja 19, R. Bonnici 9, A, Schembri, T. Grech, M. Bruesewitz 16, A. Felice Pace, A. Axiaq 10, I. Buldakov, G. Coleiro, P. Shoults 17, F. Bartolo.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Ritratti: MPC Photography: https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

Statistika…

Athleta

Free throws – 8 on 10

Baskets – 18 on 40

Three pointers – 6 on 23

Rebounds – 40

Assists – 12

Turnovers – 20

Steals – 4

Fouls Suffered – 15

Fouls Made – 15

 

Virtus

Free throws – 8 on 10

Baskets – 20 on 41

Three pointers – 9 on 28

Rebounds – 44

Assists – 16

Turnovers – 12

Steals – 12

Fouls Suffered – 14

Fouls Made – 16





Leave a comment