Cynergi Virtus 2-0 minn fuq fis-serje finali

Monday, April 13, 2015, 13:31

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL – FINALI

minn Colin Schembri

Cynergi Virtus 60

AtoZ Electronics Athleta 55

(17-11)(15-17)(15-11)(13-16)

Cynergi Virtus għamluhom żewġ rebħiet fis-serje finali

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

għar-rebħ tal-kampjonat nazzjonali tal-irġiel u issa jonqoshom rebħa waħda minn tlett partiti biex jiksbu t-titlu. Fit-tieni logħba tal-finali huma għelbu lic-champions renjanti AtoZ Electronics Athleta 60-55. Kuntlarju għal dak li ġara fl-ewwel finali, din id-darba Virtus ħadu vantaġġ sa’ mill-bidu tal-partita u dejjem baqgħu minn fuq minkejja l-isforzi tal-Athleta li l-aktar li waslu kien sa’ basket ‘l bogħod. Virtus fetħu l-partita bil-punti ta’ Mike Breusewitz bl-Athleta jwieġbu b’żewġ baskets ta’ Isaac Tanti biex ħadu l-uniku vantaġġ tagħhom fil-partita. Virtus irrispondew bi 11 –il punt mingħajr risposta fejn bdew b’basket ta’ Anton Axiaq flmkien ma’ Breusewitz u David Bugeja u trippla ta’ Peter Shoults. Athleta finalment wieġbu bi trippla ta’ Omar Said però Breusewitz u Bugeja kellhom il-punti għal Virtus li temmew l-ewwel sessjoni 17-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu Athleta naqqsu d-distakk permezz ta’ Said u Michael Naudi. Wara punti minn David Bugeja, Athleta kellhom l-ewwel punti ta’ Chad Patus li s’issa qed ikollhu finali kwieta ħafna u jinsab ‘l bogħod mill-prestazzjonijiet li kellhu tul l-istaġun. Wara trippla ta’ Roderick Vella għal Athleta, Shoults kompla bil-mument posittiv tiegħu meta kiseb żewġ three pointers għal Virtus biex huma marru 9 minn fuq 32-23. Fl-aħħar ħinijiet Athleta kisbu ħames punti biex fl-intervall, Virtus kienu 32-28 fuq quddiem.

Virtus reġgħu kabbru l-vantaġġ għal 9 punti fit-tielet taqsima

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

wara l-punti ta’ Axiaq, Breusewitz u Shoults. Athleta kellhom żewġ baskets minn Naudi qabel ma Bugeja, Axiaq u Robert Bonnici fetħu vantaġġ ta’ 10 punti għal Virtus. Patus naqqas id-distakk għall-Athleta li fetħu wkoll l-aħħar taqsima bi trippla ta’ Vella biex naqqsu d-distakk 42-47. Virtus irkupraw b’run ta’ 7-2 fosthom trippla oħra ta’ Shoults u reġgħu marru 10 minn fuq 54-44. Athleta kellhom l-aħjar fażi tagħhom meta għamlu tmien punti mingħajr risposta bi trippli minn Patus u Said. Wara time-out ta’ Paul Ferrante, Virtus għamlu erba’ punti oħra u minkejja trippla oħra ta’ Vella, kienu Virtus li għalqu l-partita bl-aħħar punti ta’ Breusewitz għal skor ta’ 60-55 fost il-ferħ tal-partitarji tagħhom.

Cynergi Virtus: S. Pace 2, D. Bugeja 11, R. Bonnici 2, A, Schembri, T. Grech, M. Bruesewitz 20, A. Felice Pace, A. Axiaq 9, I. Buldakov, G. Coleiro 2, P. Shoults 14, F. Bartolo.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 15, R. Vella 10, F. Mifsud Bonnici, C. Patus 14, A. Aquilina, K. Baldacchino, O. Said 12, M. Gouder, M. G. Montaldo, L. Stefanovic, I. Tanti 4, S. Schembri.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Gordon Barbara.

Ritratti: MPC Photography: https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

Statistika…

Virtus

Free throws – 14 on 19

Baskets – 17 on 39

Three pointers – 4 on 17

Rebounds – 37

Assists – 7

Turnovers – 13

Steals – 6

Fouls Suffered – 18

Fouls Made – 17

Athleta

Free throws – 9 on 13

Baskets – 14 on 38

Three pointers – 6 on 21

Rebounds – 42

Assists – 7

Turnovers – 16

Steals – 7

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 18





Leave a comment