Cynergi Depiro kontra Floriana MCP Car Parksu Gżira Athleta kontra Bupa Luxol fil-play-offs

Monday, March 13, 2017, 19:52

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Floriana MCP Car Parks 83

Hibernians 64

(22-17)(17-14)(17-17)(27-16)

F’partita li kienet ġiet posposta xi ġimgħat ilhu, Floriana għelbu lil Hibernians 83-64 biex temmew kull tama tal-Pawlisti li jagħmlu l-play-offs. Hibs jikkonslaw bir-rebħ tal-BOV Knock-out li jfisser post fis-Super Cup l-istaġun li ġej għalkemm id-diżappunt li ma jispiċċawx mal-aħħar erbgħa kien evidenti. Wara basket fuq kull naħa, Floriana li kellhom lil Chad Patus f’ġurnata ta’ grazzja, għamlu run ta’ 11-0 li bdewha bi trippla tal-Kanadiż tagħhom. Hibs wieġbu b’seba’ punti mingħajr risposta bi trippla ta’ Simon Attard però Patus kellhu aktar punti flimkien ma’ Anton Axiaq biex Floriana temmew l-ewwel sessjoni 22-17 minn fuq. Hibs ħadu l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni taqsima wara punti tal-Ispanjol Alvaro Lizaur. Floriana wieġbu fil-pront bit-three pointers ta’ Patus u Nikola Vasovic flimkien ma’ Shawn Pace u sal-intervall reġgħu fetħu vantaġġ ta’ tmien punti 39-31.

Fit-tielet perjodu, reġgħu kienu Hibs li fetħu tajjeb bil-punti ta’ Marco Matijevic u t-tieni trippla minn Attard biex naqqsu d-distakk għal punt. Floriana wieġbu bil-punti konsekuttivi minn Axiaq u komplew b’run oħra ta’ 9-2 minn Patus, Vasovic u trippla ta’ Pace għal skor ta’ 56-48. Il-vantaġġ Furjaniż kiber għal 13 –il punt fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni b’aktar punti minn Patus u Clayton Calleja. Hibs reġgħu wieġbu permezz ta’ Matijevic però t-tamiet tagħhom intemmu hekk kif Floriana kellhom run oħra ta’ 12-0 biex fetħu vantaġġ ta’ 20 punt u baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u rebħu l-partita 83-64.

Floriana MCP Car Parks: C. Patus 42, S. Pace 9, S. Borg, N. Vasovic 15, C. Calleja 2, A. Axiaq 13, A. Micallef Trigona, N. Andrejevic 2.

Hibernians: M. Houmpton, E. Xuereb, L. Farrugia 2, S. Attard 12, I. Bonett 2, K. Sultana, A. Micallef 14, M. Matijevic 20, S. Vella, F. Mariani 6, A. Lizaur 8.

Referees: Emmanuel Mangani, Christine Farrugia, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Gżira Athleta 98

Starlites 87

(27-21)(26-19)(27-20)(18-27)

Gżira Athleta taw sinjal ċar qabel il-bidu tal-play-offs meta f’partita ta’ skor għoli għelbu lil Startlites 98-87. L-attakk ta’ Joe Galea qiegħed jiffunzjona tajjeb għalkemm il-fatt li sofrew 87 punt jista’ jkun ta’ uġiegħ ta’ ras għal coach ta’ Gżira. Kien l-aħħar impenn fl-ewwel diviżjoni għal players żagħżagħ ta’ Starlites għalkemm fadlilhom aktar impenji fil-kategoriji tal-juniors. Kienet l-aħħar partita żgur għal Jacob Formosa hekk kif it-team Awstraljan ta’ Sunbury Jets ħabbar li Formosa kien l-ewwel akkwist tal-coach tagħhom Lanard Copeland. Il-partita bdiet b’ritmu għoli sa’ mill-ewwel minuti hekk kif iż-żewġ timijiet bdew b’diversi three pointers. Starlites marru 13-9 minn fuq f’nofs l-ewwel taqsima bit-trippli minn Ivan Mitrovic u Formosa. Athleta wieġbu permezz ta’ Peter Shoults u żewġ three pointers tal-Amerikan Josiah Whitehead li bdewlhom run ta’ 15-2 li rathom itemmu t-taqsima 27-21 minn fuq. Athleta fetġu t-tieni sessjoni bit-tieni trippla’ Roderick Vella u kellhom ukoll il-punti ta’ Marakinyo Williams, Micheal Naudi u Shoults. Starlites resqu viċin bi tlett baskets konsekuttivi però żewġ trippli ta’ Billy Zammit reġgħu kabbru l-vantaġġ tal-Athleta qabel l-intervall 55-40.

Athleta fetħu t-tielet taqsima b’run oħra ta’ 8-0 għal darb’oħra minn Whitehead u Shoults. Iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u wara trippla ta’ David Camilleri għall-Athleta, Starlites wieġbu b’żewġ three pointers minn Formosa u Mitrovic però Athleta temmew il-perjodu 20 punt minn fuq 80-60. Fl-aħħar taqsima r-riżultat kien ċert għall-Athleta bil-coach tagħhom jagħmel xi tibdil u jagħti ħin lil players żagħżagħ ta’ fuq il-bank. Starlites temmew il-partita b’sensiela ta’ three pointers konsekuttivi fosthom wieħed taż-żagħżugħ Ian Felice Pace biex għamlu l-iskor aktar rispettabli bl- Athleta joħorġu rebbieħa 98-87.

Gżira Athleta: M. Naudi 28, R. Vella 8, D. Camilleri 8, M. Williams 15, P. Shoults 11, F. Mifsud Bonnici, B. Zammit 6, L. Stefanovic, S. Vincic, M. Gauchi Montaldo, J. Whitehead 22.

Starlites: I. Mitrovic 22, R. Carabott 15, A. Schembri, M. Falzon 4, A. Felice Pace 3, N. Stankovic 10, J. Formosa 30, I. Felice Pace 3, I. Pace.

Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Ivica Simic.

Hibernians 58

Bupa Luxol 118

(18-35)(9-27)(15-32)(16-29)

Din il-partita ftit li xejn kellha nteress hekk kif Hibs kienu eleminati mill-ġlieda għal post fil-play-offs. Għal Luxol serviet biex jirrankaw sew għas-semifinali li għandhom kontra Gżira Athleta bit-trio Willhiam Aghlberg, Pierce Cumpstone u Samuel Deguara jtellgħu total ta’ 93 punt bejniethom u fuqhom jiddependi ħafna mil-logħob tal-vjola. Wara żewġ baskets ta’ Hibs, għal Luxol bdew ġejjin u l-punti ta’ Deguara flimkien ma’ Jean Paul Schembri. Għal Hibs kien hemm risposta minn Marco Matijevic però Luxol kellhom it-trippli minn Ahlberg biex temmew l-ewwel taqsima 35-13 minn fuq. Huma komplew bi break qawwi ta’ 12-0 fil-ftuħ tat-tieni perjodu fejn kien imiss lill-Amerikan Cumpstone li jikseb żewġ trippli. Hibs waqqfuhom bil-punti minn Adrian Micallef u trippla ta’ Luke Farrugia però Ahlberg għalaq it-taqsima b’żewġ three pointers oħra biex Luxol daħlu jistrieħu 62-27 minn fuq.

Wara l-intervall il-partita kompliet bl-istess andament b’żewġ runs oħra qawwija minn Luxol fejn Cumpstone bi trippla fetħilhom waħda ta’ 11-0 u wara li Farrugia rrisponda għal Hibs, Luxol għalqu t-taqsima bi break ta’ 19-3 għal skor ta’ 94-42. Ma kienitx sorpriża li Luxol laħqu l-mitt punt kmieni fl-aħħar sessjoni b’basket ta’ Schembri. Luxol komplew bil-punti minn Marco Mercieca u ż-żagħżugħ Jamie Maistre Mellilo fost l-oħrajn biex rebħu l-partita 118-58.

Hibernians: P. Attard, M. Houmpton, L. Farrugia 10, S. Attard, I. Bonett 2, K. Sultana 3, A. Micallef 15, M. Matijevic 13, S. Vella, F. Mariani 9, A. Lizaur 6.

Bupa Luxol:  M. Mercieca 4, D. Meli, J. Maistre Melillo 2, JP Schembri 11, K. Dimech, W. Ahlberg 27, P. Cumpstone 23, S. Deguara 43, S. Cappello 8.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Ivica Simic.

Floriana MCP Car Parks 61

Cynergi Depiro 73

(17-24)(10-23)(12-14)(22-12)

Cynergi Depiro ħadu r-rebħa li kellhom bżonn biex ikkonfermaw l-ewwel post tal-klassifika biex issa fil-play-offs jiltaqgħu kontra l-istess avversarji ta’ din il-partita. Floriana lagħbu l-partita kollha mingħajr Chad Patus fil-waqt li għal Depiro DJ Mason ukoll kien biss spettatur fuq il-bank. Dan ippermetta li l-Amerikan l-ieħor Dominic Scafidi jilgħab għal parti sew mil-logħba u jispiċċa bl-aħjar punteġġ tal-istaġun hekk kif kiseb total ta’ 38 punt. Floriana, żammew il-pass mal-avversarji sa’ nofs l-ewwel sessjoni hekk kif kellhom it-trippli minn Shawn Pace u Nikola Vasovic. Depiro kellhom run ta’ 10-2 bil-punti ta’ David Bugeja u Dominic Scafidi u temmew l-ewwel sessjoni 24-17 minn fuq. Fit-tieni perjodu Depiro kellhom run qawwija ta’ 14-0 b’aktar punti minn Scafidi biex sal-intervall irnexxielhom jiftħu vantaġġ ta’ 20 punt 47-27.

Fit-tielet perjodu kienu Floriana li kellhom l-aħjar bidu bil-punti ta’ Vasovic flimkien ma’ Sean Borg u Anton Axiaq. Depiro rkupraw bi break ieħor ta’ 10-0 b’aktar punti ta’ Bugeja u Scafidi flimkien ma’ Alvaro Queroz għal skor ta’ 61-39. L-aħħar taqsima kienet aktar bilanċjata hekk kif il-coach ta’ Depiro Paul Ferrante ta spazju lil players ta’ fuq il-bank. Floriana kellhom il-punti ta’ Vasovic u Axiaq biex għamlu l-iskor aktar rispettabli bid-Depiro joħorġu rebbieħa 73-61.

Floriana MCP Car Parks: C. Patus, S. Pace 10, S. Borg 2, N. Vasovic 25, C. Calleja 2, A. Axiaq 11, N. Andrejevic 9.

Cynergi Depiro: D. Bugeja 9, R. Bonnici 4, D. Schembri, A. Aquilina 5, DJ Mason, T. Zammit, M. Mallia 4, A. Quiros 8, K. Xuereb 5, M. Borg, D. Scafidi 38.

Referees: Emanuel Mangani, Christine Farrugia, Stephen Micallef. 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Cynergi Depiro

10

7

3

17

716

686

Gżira Athleta

10

7

3

17

758

664

Bupa Luxol

10

7

3

17

826

685

Floriana MCP Car Parks

10

5

5

15

753

718

Hibs

10

2

8

12

733

857

Starlites

10

2

8

12

761

937

 

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment